EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0208

Kawża T-208/17: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (HP)

ĠU C 168, 29.5.2017, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/31


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2017 – Senetic vs EUIPO – HP Hewlett Packard Group (HP)

(Kawża T-208/17)

(2017/C 168/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senetic S.A. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Krekora, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: HP Hewlett Packard Group LLC (Houston, Texas, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-ittri “HP” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 52 449

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-1 ta’ Frar 2017, fil-Każ R 1002/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a), moqri flimkien tal-Artikolu 7, tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top