Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0616

    Kawża T-616/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Siragusa vs Il-Kunsill (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Tluq mis-servizz — Talba għall-irtirar — Modifika tad-dispożizzjonijiet statutorji wara li tkun saret it-talba — Irtirar ta’ deċiżjoni preċedenti — Responsabbiltà”)

    ĠU C 255, 29.7.2019, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/34


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2019 — Siragusa vs Il-Kunsill

    (Kawża T-616/17 RENV) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Tluq mis-servizz - Talba għall-irtirar - Modifika tad-dispożizzjonijiet statutorji wara li tkun saret it-talba - Irtirar ta’ deċiżjoni preċedenti - Responsabbiltà”)

    (2019/C 255/44)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Sergio Siragusa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u M. Veiga, sussegwentement M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

    Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Rantala u Í. Ní Riagáin Düro, sussegwentement I. Lázaro Betancor u C. González Argüelles, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Novembru 2014 dwar l-irtirar tad-deċiżjoni preċedenti tal-Kunsill li tivvalida t-talba tar-rikorrenti għall-irtirar antiċipat tal-11 ta’ Lulju 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjni Ewropea tat-12 ta’ Novembru 2014 dwar l-irtirar tad-deċiżjoni preċedenti tal-Kunsill li tivvalida t-talba għall-irtirar antiċipat tal-11 ta’ Lulju 2013 ta’ Sergio Siragusa hija annullata.

    2)

    Il-Kunsill huwa kkundannat iħallas lil Sergio Siragusa s-somma ta’ EUR 5 000, flimkien ma’ interessi moratorji, b’effett mid-data ta’ din is-sentenza u sa ħlas komplet, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, flimkien ma’ żewġ punti perċentwali.

    3)

    Il-kumplament tat-talba kumpensatorja huwa miċħud.


    (1)  ĠU C 414, 14.12.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-124/16 u ttrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


    Top