Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0402

    Kawża C-402/17 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 minn JYSK sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-4 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-403/15, JYSK sp. z o.o. vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 309, 18.9.2017, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 309/29


    Appell ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2017 minn JYSK sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-4 ta’ Mejju 2017 fil-Kawża T-403/15, JYSK sp. z o.o. vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-402/17 P)

    (2017/C 309/38)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: JYSK sp. z o.o. (rappreżentant: H. Sønderby Christensen, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tiddikjara r-rikors tagħha inammissibbli peress li ma hijiex direttament u individwalment ikkonċernata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3228 finali tal-11 ta’ Mejju 2015 għandha tiġi annullata peress li tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti ssostni li aċċess indirett għall-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari mill-qrati Pollakki ma jipprovdix il-protezzjoni maħsuba mill-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

    L-appellanti tiddikjara li hija direttament u individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq.


    Top