Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0299

    Kawża C-299/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2017 – VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheber- und Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH vs Google Inc.

    ĠU C 309, 18.9.2017, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 309/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Mejju 2017 – VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheber- und Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH vs Google Inc.

    (Kawża C-299/17)

    (2017/C 309/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: VG Media Gesellschaft zur Verwertung der Urheber- und Leistungsschutzrechte von Medienunternehmen mbH

    Konvenuta: Google Inc.

    Domandi preliminari

    1)

    Dispożizzjoni nazzjonali li tipprekludi biss lill-operaturi kummerċjali ta’ magni ta’ tiftix u lill-fornituri kummerċjali ta’ servizzi li jimmodifikaw kontenuti, iżda mhux lill-utenti l-oħra, inklużi kummerċjali, li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku prodotti tal-istampa, b’mod sħiħ jew parzjali (bl-eċċezzjoni ta’ kliem iżolat jew estratti qosra ħafna ta’ test), tikkostitwixxi, fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (5) tad-Direttiva 98/34/KE, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (1), regola li ma hijiex speċifikament immirata lejn is-servizzi ddefiniti f’dak il-punt,

    u, fil-każ ta’ risposta fin-negattiv,

    2)

    dispożizzjoni nazzjonali li tipprekludi biss lill-operaturi kummerċjali ta’ magni ta’ tiftix u lill-fornituri kummerċjali ta’ servizzi li jimmodifikaw kontenuti, iżda mhux lill-utenti l-oħra, inklużi kummerċjali, li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku prodotti tal-istampa, b’mod sħiħ jew parzjali (bl-eċċezzjoni ta’ kliem iżolat jew estratti qosra ħafna ta’ test), tikkostitwixxi regolament tekniku fis-sens tal-Artikolu 1(11) tad-Direttiva 98/34/KE, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE, jiġifieri regola li l-osservazzjoni tagħha hija obbligtorja relatata mal-provvista ta’ servizz?


    (1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8).


    Top