EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0184

Kawża C-184/17 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2017 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-381/15, IMG vs Il-Kummissjoni

ĠU C 168, 29.5.2017, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/29


Appell ippreżentat fil-11 ta’ April 2017 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-381/15, IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-184/17 P)

(2017/C 168/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: International Management Group (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2017 fil-Kawża T-381/15;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti mressqa fl-ewwel istanza kif irriveduti u, għalhekk:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2015 li tirrifjuta lil IMG il-kwalità ta’ organizzazzjoni internazzjonali skont ir-regolament finanzjarju,

tikkundanna lill-appellata għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu materjali u morali stmat, rispettivament, għal EUR 28 miljun u għal EUR 1 miljun,

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha.

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka ħames aggravji, ibbażati:

l-ewwel nett, fuq il-ksur tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, tad-dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u tad-drittijiet tad-difiża; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-appellata; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti, u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

it-tieni nett, fuq il-ksur tar-regolament finanzjarju tal-2012 u tar-regolament finanzjarju ddelegat, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

it-tielet nett, fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

ir-raba’ nett, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità; fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-ewwel qorti u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

il-ħames nett, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali; fuq il-ksur mill-ewwel qorti tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni u fuq il-ksur tal-Artikolu 61 tar-regolament finanzjarju tal-2012.

Barra minn hekk, l-appellanti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tiċħad it-talba tagħha għad-danni minħabba assenza ta’ nuqqasijiet.

Fl-aħħar nett, l-appellanti tilmenta li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli u ma inkludietx fil-proċess opinjoni tas-servizz legali tal-Kummissjoni.


Top