Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0706

    Kawża C-706/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — AB “Achema”, AB “Orlen Lietuva”, AB “Lifosa” vs Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija (VKEKK) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” — Miżuri intiżi biex jikkumpensaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ interess pubbliku fis-settur tal-elettriku — Kunċett ta’ “għajnuna li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri” u “twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni” — Kunċett ta’“vantaġġ selettiv” — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kumpens ta’ spejjeż inerenti għall-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku)

    ĠU C 255, 29.7.2019, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — AB “Achema”, AB “Orlen Lietuva”, AB “Lifosa” vs Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija (VKEKK)

    (Kawża C-706/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat” - Miżuri intiżi biex jikkumpensaw lill-fornituri ta’ servizzi ta’ interess pubbliku fis-settur tal-elettriku - Kunċett ta’ “għajnuna li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri” u “twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni” - Kunċett ta’“vantaġġ selettiv” - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kumpens ta’ spejjeż inerenti għall-implimentazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku)

    (2019/C 255/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: AB “Achema”, AB “Orlen Lietuva”, AB “Lifosa”

    Konvenuta: Valstybinė kainų ir energetikos kontrolės komisija (VKEKK)

    fil-preżenza ta’: Lietuvos Respublikos energetikos ministerija, UAB “Baltpool”

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fondi maħsuba biex jiffinanzjaw skema ta’ servizzi ta’ interess pubbliku, bħas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

    2)

    L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-operaturi ta’ netwerks ta’ distribuzzjoni u ta’ trażmissjoni jibbenefikaw minn fondi intiżi biex jiffinanzjaw is-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku sabiex jikkumpensaw għat-telf imġarrab minħabba l-obbligu li jixtru l-elettriku mingħand ċerti produtturi tal-elettriku bi prezz fiss u li jibbilanċjawh, dan il-kumpens jikkostitwixxi vantaġġ, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, mogħti lill-produtturi tal-elettriku.

    3)

    L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fondi, bħall-fondi intiżi għal ċerti fornituri ta’ servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, għandhom jitqiesu li jagħtu lil dawn vantaġġ selettiv, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri.

    4)

    L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li intervent mill-Istat, bħall-iskema tas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, ma għandux jitqies bħala kumpens li jirrappreżenta l-korrispettiv ta’ servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, fis-sens tas-sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C-280/00, EU:C:2003:415) sakemm il-qorti tar-rinviju ma tikkonstatax li wieħed jew l-ieħor mis-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku jissodisfa effettivament l-erba’ kundizzjonijiet imsemmija fil-punti 88 sa 93 ta’ din is-sentenza.

    5)

    L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li intervent tal-Istat, bħall-iskema tas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tal-elettriku, għandu jitqies li joħloq distorsjoni jew li jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.


    (1)  ĠU C 94, 12.03.2018.


    Top