Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0339

    Kawża C-339/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Verein für lauteren Wettbewerb eV vs Princesport GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ismijiet ta’ fibri tat-tessut u rekwiżiti korrispondenti dwar l-ittikkettjar u l-immarkar — Regolament (UE) Nru 1007/2011 — Artikoli 7 u 9 — Prodotti tat-tessut puri — Prodotti tat-tessut komposti minn diversi fibri — Modalitajiet ta’ ttikkettjar jew ta’ mmarkar)

    ĠU C 301, 27.8.2018, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/9


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Verein für lauteren Wettbewerb eV vs Princesport GmbH

    (Kawża C-339/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ismijiet ta’ fibri tat-tessut u rekwiżiti korrispondenti dwar l-ittikkettjar u l-immarkar - Regolament (UE) Nru 1007/2011 - Artikoli 7 u 9 - Prodotti tat-tessut puri - Prodotti tat-tessut komposti minn diversi fibri - Modalitajiet ta’ ttikkettjar jew ta’ mmarkar))

    (2018/C 301/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Köln

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Verein für lauteren Wettbewerb eV

    Konvenuta: Princesport GmbH

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 4 u ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqrija flimkien mal-premessa 10 ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jimponu obbligu ġenerali ta’ ttikkettjar jew ta’ mmarkar sabiex jindikaw il-kompożizzjoni tal-fibri tal-prodotti tat-tessut kollha, inklużi l-prodotti tat-tessut kif iddefiniti fl-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament.

    2)

    L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1007/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirrikjedix li jintuża, fuq it-tikketta jew l-immarkar ta’ prodott tat-tessut pur, wieħed mit-tliet termini msemmija hemmhekk, jiġifieri “100 %”, “puri” jew “kollu/ha”. Fejn dawn it-termini huma użati, dawn jistgħu jintużaw b’mod konġunt.

    3)

    L-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1007/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li jiġi indikat, fuq it-tikketta jew l-immarkar, l-isem u l-perċentwali skont il-piż tal-fibri kollha li jiffurmaw il-prodott tat-tessut inkwistjoni ma japplikax għal prodott tat-tessut pur.


    (1)  ĠU C 283, 28.08.2018.


    Top