Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0624

Kawża T-624/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Gollnisch vs il-Parlament (“Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati fil-Parlament Ewropew — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru ta’ ammoni mħallsa indebitament — Kompetenza tas-segretarju ġenerali — Electa una via — Drittijiet tad-difiża — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aspettattivi leġittimi — Drittijiet politiċi — Ugwaljanza fit-trattament — Użu ħażin ta’ poter — Indipendenza tad-deputati — Żball fattwali — Proporzjonalità”)

ĠU C 142, 23.4.2018, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2018 – Gollnisch vs il-Parlament

(Kawża T-624/16) (1)

((“Leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati fil-Parlament Ewropew - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ ammoni mħallsa indebitament - Kompetenza tas-segretarju ġenerali - Electa una via - Drittijiet tad-difiża - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Drittijiet politiċi - Ugwaljanza fit-trattament - Użu ħażin ta’ poter - Indipendenza tad-deputati - Żball fattwali - Proporzjonalità”))

(2018/C 142/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Fakiroff, sussegwentement minn F. Wagner, avukati)

Konvenut: il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament tal-1 ta’ Lulju 2016 dwar l-irkupru mingħad ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 275 984,23 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu marbuta magħha tal-5 ta’ Lulju 2016.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Bruno Gollnisch għandu jbati kemm l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


Top