EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0498

Kawża C-498/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Settembru 2016 – Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited

ĠU C 441, 28.11.2016, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Settembru 2016 – Maximilian Schrems vs Facebook Ireland Limited

(Kawża C-498/16)

(2016/C 441/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maximilian Schrems

Konvenuta: Facebook Ireland Limited

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li “konsumatur” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jitlef din il-kwalità meta, wara li jkun uża għal perijodu relattivament twil kont Facebook privat, jippubblika kotba b’rabta mal-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu, u xi kultant jagħti wkoll konferenzi remunerati, jopera siti internet, jiġbor donazzjonijiet sabiex jeżerċita d-drittijiet u jaċċetta t-trasferiment tad-drittijiet ta’ bosta konsumaturi b’korrispettiv għall-garanzija li jirritornalhom l-ammont miksub, wara tnaqqis tal-ispejjeż legali, fil-każ li jirbaħ il-kawża?

2)

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li konsumatur jista’ jinvoka fi Stat Membru flimkien mad-drittijiet proprji tiegħu li jirriżultaw minn kuntratt konkluż minn konsumatur fil-ġurisdizzjoni tar-rikorrent, ukoll drittijiet simili ta’ konsumaturi oħra li għandhom id-domiċilju tagħhom

a.

fl-istess Stat Membru,

b.

fi Stat Membru ieħor jew

c.

fi Stat terz,

meta dawn id-drittijiet, li jirriżultaw minn kuntratti konklużi minn konsumaturi bl-istess konvenut fl-istess kuntest legali, ġew ittrasferiti lilu u meta l-operazzjoni ta’ trasferiment ma taqax taħt attività professjonali tar-rikorrent iżda hija intiża sabiex jiġu eżerċitati kollettivament id-drittijiet?


Top