Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CB0083

    Kawża C-83/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad) – il-Bulgarija – “Heta Asset Resolution Bulgaria” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u l-Artikolu 99 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kodiċi Doganali — Dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni a posteriori — Kunċett ta’ “prova suffiċjenti” — Evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti ta’ dokumenti ta’ sostenn)

    ĠU C 168, 29.5.2017, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/17


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad) – il-Bulgarija – “Heta Asset Resolution Bulgaria” OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

    (Kawża C-83/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u l-Artikolu 99 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kodiċi Doganali - Dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni a posteriori - Kunċett ta’ “prova suffiċjenti” - Evalwazzjoni tan-natura suffiċjenti ta’ dokumenti ta’ sostenn))

    (2017/C 168/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad Sofia-grad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Heta Asset Resolution Bulgaria” OOD

    Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

    Dispożittiv

    1)

    Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 161(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u tal-Artikolu 788 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 430/2010, tal-20 ta’ Mejju 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-bejjiegħ stabbilit fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea jitqies bħala esportatur, fis-sens ta’ din l-ewwel dispożizzjoni, fil-każ li, wara l-konklużjoni tal-bejgħ tal-merkanzija inkwistjoni, il-proprjetà tagħha tiġi ttrasferita lil akkwirent stabbilit barra minn dan it-territorju doganali.

    2)

    It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 795(1) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 430/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jirrikjedu dokumenti ta’ sostenn minbarra l-kuntratt ta’ bejgħ ta’ dgħajsa tad-divertiment lil persuna stabbilita fi Stat terz u li tħassar din id-dgħajsa mir-reġistri tal-vapuri tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm tali rekwiżit ikun konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    3)

    L-Artikolu 795 tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 430/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità doganali msejħa sabiex taċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma hijiex obbligata, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-evalwazzjoni, minn awtorità doganali oħra, tan-natura suffiċjenti tal-provi fis-sens tal-Artikolu 796da(4) tal-imsemmi regolament.


    (1)  ĠU C 136, 18.04.2016


    Top