Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0391

Kawżi magħquda C-391/16, C-77/17 u C-78/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud, Conseil du Contentieux des Étrangers — ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju) — M vs Ministerstvo vnitra (C-391/16), X (C-77/17), X (C-78/17) vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Politika tal-ażil — Protezzjoni internazzjonali — Direttiva 2011/95/UE — Status ta’ refuġjat — Artikolu 14(4) sa (6) — Rifjut ta’ għoti jew revoka tal-istatus ta’ refuġjat fil-każ ta’ perikolu għas-sigurtà jew għall-komunità tal-Istat Membru ospitanti — Validità — Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 78(1) TFUE — Artikolu 6(3) TUE — Konvenzjoni ta’ Genève)

ĠU C 255, 29.7.2019, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Mejju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud, Conseil du Contentieux des Étrangers — ir-Repubblika Ċeka, il-Belġju) — M vs Ministerstvo vnitra (C-391/16), X (C-77/17), X (C-78/17) vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawżi magħquda C-391/16, C-77/17 u C-78/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-ażil - Protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2011/95/UE - Status ta’ refuġjat - Artikolu 14(4) sa (6) - Rifjut ta’ għoti jew revoka tal-istatus ta’ refuġjat fil-każ ta’ perikolu għas-sigurtà jew għall-komunità tal-Istat Membru ospitanti - Validità - Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 78(1) TFUE - Artikolu 6(3) TUE - Konvenzjoni ta’ Genève)

(2019/C 255/02)

Lingwi tal-kawża: iċ-Ċek u l-Franċiż

Qrati tar-rinviju

Nejvyšší správní soud, Conseil du Contentieux des Étrangers

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M (C-391/16), X (C-77/17), X (C-78/17)

Konvenuti: Ministerstvo vnitra (C-391/16), Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (C-77/17), X (C-78/17)

Dispożittiv

L-eżami tal-Artikolu 14(4) sa (6) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, ma wera ebda punt ta’ natura li jaffettwa l-validità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fid-dawl tal-Artikolu 78(1) TFUE u tal-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.

ĠU C 144, 8.5.2017.


Top