Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0225

Kawża C-225/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra Mossa Ouhrami (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment — Direttiva 2008/115/KE — Artikolu 11(2) — Deċiżjoni ta’ projbizzjoni fuq id-dħul meħuda qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva u li tirrigwarda perijodu itwal minn dak previst mill-imsemmija direttiva — Bidu tad-dekorrenza tal-perijodu ta’ projbizzjoni fuq id-dħul)

ĠU C 309, 18.9.2017, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 309/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra Mossa Ouhrami

(Kawża C-225/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 11(2) - Deċiżjoni ta’ projbizzjoni fuq id-dħul meħuda qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva u li tirrigwarda perijodu itwal minn dak previst mill-imsemmija direttiva - Bidu tad-dekorrenza tal-perijodu ta’ projbizzjoni fuq id-dħul))

(2017/C 309/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Mossa Ouhrami

Dispożittiv

L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tul tal-projbizzjoni fuq id-dħul prevista f’din id-dispożizzjoni, li bħala prinċipju ma jeċċedix il-ħames snin, għandu jiġi kkalkolat b’effett mid-data li fiha l-persuna kkonċernata tkun telqet effettivament mit-territorju tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 232, 27.6.2016.


Top