Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0124

    Kawżi Magħquda C-124/16, C-188/16 u C-213/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht München, Landgericht München I – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Ianos Tranca (C-124/16), Tanja Reiter (C-213/16), Ionel Opria (C-188/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — Direttiva 2012/13/UE — Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali — Dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża — Tifsira ta’ digriet kriminali — Modalitajiet — Nomina obbligatorja ta’ mandatarju — Persuna akkużata li ma hijiex residenti u li ma tgħix f’post fiss — Terminu ta’ oppożizzjoni li jibda jiddekorri mill-mument tan-notifika lill-mandatarju)

    ĠU C 168, 29.5.2017, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/15


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht München, Landgericht München I – il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Ianos Tranca (C-124/16), Tanja Reiter (C-213/16), Ionel Opria (C-188/16)

    (Kawżi Magħquda C-124/16, C-188/16 u C-213/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2012/13/UE - Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża - Tifsira ta’ digriet kriminali - Modalitajiet - Nomina obbligatorja ta’ mandatarju - Persuna akkużata li ma hijiex residenti u li ma tgħix f’post fiss - Terminu ta’ oppożizzjoni li jibda jiddekorri mill-mument tan-notifika lill-mandatarju))

    (2017/C 168/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht München, Landgericht München I

    Partijiet fil-kawżi kriminali prinċipali

    Ianos Tranca (C-124/16), Tanja Reiter (C-213/16), Ionel Opria (C-188/16)

    fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft München I

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1)(c) kif ukoll l-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, tipprevedi li l-persuna mħarrka li ma għandhiex residenza f’dan l-Istat Membru u lanqas ma għandha post fejn tgħix fiss f’dan tal-aħħar jew fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha hija marbuta li tinnomina mandatarju għall-finijiet li jirċievi n-notifika ta’ digriet kriminali li jikkonċernaha u li t-terminu biex titressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet, qabel ma dan isir eżegwibbli, jibda jiddekorri min-notifika tad-digriet imsemmi lil dan il-mandatarju.

    Madankollu, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/13 jeżiġi li, fl-eżekuzzjoni tad-digriet kriminali, minn meta l-persuna kkonċernata tkun effettivament ġiet innotifikata b’dan id-digriet, din għandha titpoġġa fl-istess sitwazzjoni li kienet tkun fiha kieku d-deċiżjoni msemmija ġiet innotifikata lilha personalment u, b’mod partikolari, din għandha tibbenefika mit-terminu ta’ oppożizzjoni kollu, jekk ikun il-każ, billi tibbenefika minn reintegrazzjoni fid-drittijiet.

    Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiżgura li l-proċedura nazzjonali ta’ reintegrazzjoni fid-drittijiet kif ukoll il-kundizzjonijiet li huwa suġġett għalihom l-eżerċizzju ta’ din il-proċedura jiġu applikati b’mod konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u li din il-proċedura tippermetti b’hekk l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li jistabbilixxi l-imsemmi Artikolu 6.


    (1)  ĠU C 260, 18.07.2016.


    Top