Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0668

    Kawża C-668/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Jyske Finans A/S vs Ligebehandlingsnævnet, li qiegħed jaġixxi għal Ismar Huskic (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etnika — Direttiva 2000/43/KE — Artikolu 2(2)(a) u (b) — Stabbiliment ta’ kreditu li jitlob prova addizzjonali ta’ identità, fil-forma ta’ kopja ta’ passaport jew ta’ permess ta’ residenza, lill-persuni li jitolbu self għax-xiri ta’ karozza u li identifikaw ruħhom permezz tal-liċenzja tas-sewqan tagħhom li tindika pajjiż tat-twelid li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles)

    ĠU C 168, 29.5.2017, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Jyske Finans A/S vs Ligebehandlingsnævnet, li qiegħed jaġixxi għal Ismar Huskic

    (Kawża C-668/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etnika - Direttiva 2000/43/KE - Artikolu 2(2)(a) u (b) - Stabbiliment ta’ kreditu li jitlob prova addizzjonali ta’ identità, fil-forma ta’ kopja ta’ passaport jew ta’ permess ta’ residenza, lill-persuni li jitolbu self għax-xiri ta’ karozza u li identifikaw ruħhom permezz tal-liċenzja tas-sewqan tagħhom li tindika pajjiż tat-twelid li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles))

    (2017/C 168/17)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Vestre Landsret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Jyske Finans A/S

    Konvenut: Ligebehandlingsnævnet, li qiegħed jaġixxi għal Ismar Huskic

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix il-prassi ta’ stabbiliment ta’ kreditu, li timponi fuq il-klijent li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tindika pajjiż tat-twelid li ma huwiex Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles rekwiżit ta’ identifikazzjoni addizzjonali, permezz tal-provvista ta’ kopja tal-passaport tiegħu jew tal-permess ta’ residenza tiegħu.


    (1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


    Top