Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0638

    Kawża C-638/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – Ir-Republika Ċeka) – Eko-Tabak s.r.o. vs Generální ředitelství cel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2011/64/UE — Artikolu 2(1)(c) — Artikolu 5(1)(a) — Kunċetti ta’ “tabakk għat-tipjip”, ta’ “tabakk li ġie mqatta’ jew maqsum” u ta’ “ipproċessar industrijali”)

    ĠU C 168, 29.5.2017, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – Ir-Republika Ċeka) – Eko-Tabak s.r.o. vs Generální ředitelství cel

    (Kawża C-638/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/64/UE - Artikolu 2(1)(c) - Artikolu 5(1)(a) - Kunċetti ta’ “tabakk għat-tipjip”, ta’ “tabakk li ġie mqatta’ jew maqsum” u ta’ “ipproċessar industrijali”))

    (2017/C 168/15)

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Eko-Tabak s.r.o.

    Konvenuta: Generální ředitelství cel

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(1)(c), u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li weraq tat-tabakk imnixxfin, iċċattjati, b’parti irregolari li z-zokk tagħhom tneħħa parzjalment, li għaddew minn proċess ta’ tnixxif primarju u ta’ umidifikazzjoni kkontrollata ulterjuri, li jinkludu l-gliċerina li jistgħu jiġu mpejpa wara li jkun sar ipproċessar elementari li jikkonsisti fid-dħin jew fit-tqattiegħ tagħhom bl-idejn, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “tabakk għat-tipjip”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.


    (1)  ĠU C 98, 14.3.2016


    Top