EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0376

Kawżi Magħquda C-376/15 P u C-377/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ April 2017 – Changshu City Standard Parts Factory, Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI) (Appell — Dumping — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 924/2012 — Importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 2(10) u (11) — Esklużjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping — Paragun xieraq bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq)

ĠU C 168, 29.5.2017, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ April 2017 – Changshu City Standard Parts Factory, Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)

(Kawżi Magħquda C-376/15 P u C-377/15 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 924/2012 - Importazzjoni ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(10) u (11) - Esklużjoni ta’ ċerti tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġni ta’ dumping - Paragun xieraq bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali fil-każ ta’ importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq))

(2017/C 168/09)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Changshu City Standard Parts Factory, Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u S. Boelaert, aġenti, assistiti minn N. Tuominen, avukat), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta’ April 2015, Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener vs Il-Kunsill (T-558/12 u T-559/12, EU:T:2015:237), hija annullata.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd.

3)

L-appell fil-Kawża C-377/15 P huwa miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd, relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza fil-Kawżi T-558/12 u T-559/12 kif ukoll ma’ dik tal-appell fil-Kawża C-376/15 P.

5)

Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati mal-proċedura tal-appell fil-Kawża C-377/15 P.

6)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza fil-Kawżi T-558/12 u T-559/12 kif ukoll ma’ dawk tal-appell fil-Kawżi C-376/15 P u C-377/15 P.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


Top