Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0337

    Kawża C-337/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017 – L-Ombudsman Ewropew vs Claire Staelen (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea — Trattament mill-Ombudsman Ewropew ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali — Ksur tal-obbligu ta’ diliġenza — Kunċett ta’ “ksur suffiċjentement serju” ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni — Dannu morali — Telf ta’ fiduċja fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew)

    ĠU C 168, 29.5.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-4 ta’ April 2017 – L-Ombudsman Ewropew vs Claire Staelen

    (Kawża C-337/15 P) (1)

    ((Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Trattament mill-Ombudsman Ewropew ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali - Ksur tal-obbligu ta’ diliġenza - Kunċett ta’ “ksur suffiċjentement serju” ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni - Dannu morali - Telf ta’ fiduċja fl-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew))

    (2017/C 168/08)

    Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: L-Ombudsman Ewropew (rappreżentant: inizjalment G. Grill, sussegwentement L. Papadias, P. Dyrberg, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedura: Claire Staelen (rappreżentant: V. Olona, avukat)

    Dispożittiv

    1)

    It-talba mressqa minn Claire Staelen fir-risposta tagħha sabiex l-Ombudsman Ewropew jiġi kkundannat iħallasha kumpens ta’ EUR 50 000 hija inammissibbli.

    2)

    Il-punti 1, 3 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ April 2015, Staelen vs L-Ombudsman (T-217/11, EU:T:2015:238), huma annullati.

    3)

    L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat iħallas kumpens ta’ EUR 7 000 lil Claire Staelen.

    4)

    Claire Staelen hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk tal-Ombudsman Ewropew relatati mal-appell inċidentali, miċħud bid-digriet tad-29 ta’ Ġunju 2016, L-Ombudsman vs Staelen (C-337/15 P, mhux ippubblikat, EU:C:2016:670).

    5)

    L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess, kif ukoll dawk ta’ Claire Staelen, relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-appell prinċipali.


    (1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


    Top