Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0298

    Kawża C-298/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – Litwanja) – UAB “Borta” vs Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija VĮ (Rinvinju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 2004/17/KE — Kuntratt li ma jilħaqx il-limitu previst minn din id-direttiva — Artikoli 49 u 56 TFUE — Limitazzjoni fl-użu tas-subkuntrattar — Preżentazzjoni ta’ offerta konġunta — Kapaċitajiet professjonali tal-offerenti — Emendi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt)

    ĠU C 168, 29.5.2017, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ April 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – Litwanja) – UAB “Borta” vs Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija VĮ

    (Kawża C-298/15) (1)

    ((Rinvinju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/17/KE - Kuntratt li ma jilħaqx il-limitu previst minn din id-direttiva - Artikoli 49 u 56 TFUE - Limitazzjoni fl-użu tas-subkuntrattar - Preżentazzjoni ta’ offerta konġunta - Kapaċitajiet professjonali tal-offerenti - Emendi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt))

    (2017/C 168/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: UAB “Borta”

    Konvenuta: Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija VĮ

    Dispożittiv

    1)

    Fir-rigward ta’ kuntratt pubbliku li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1336/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, iżda li għandu interess transkonfinali ċert, l-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 24(5) tal-Lietuvos Respublikos viešųjų pirkimų įstatymas (liġi Litwana dwar il-kuntratti pubbliċi), li tipprevedi li, fil-każ tal-użu ta’ subkuntratturi għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt għal xogħlijiet, l-offerent rebbieħ għandu jwettaq huwa stess ix-xogħlijiet prinċipali, iddefiniti bħala tali mill-entità kontraenti.

    2)

    Fir-rigward ta’ tali kuntratt pubbliku, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li joħorġu b’mod partikolari mill-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lill-entità kontraenti milli temenda, wara l-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt, klawżola tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt dwar il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet tal-kumulu ta’ kapaċitajiet professjonali, bħall-klawżola 4.3 inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm, l-ewwel nett, l-emendi effettwati ma jkunux daqstant sostanzjali li jattiraw offerenti potenzjali li, fl-assenza ta’ dawn l-emendi, ma jkunux jistgħu jressqu offerta, it-tieni nett, dawn l-emendi jiġu ppubblikati b’mod adegwat u, it-tielet nett, dawn isiru qabel il-preżentazzjoni ta’ offerti mill-offerenti, filwaqt li t-terminu għall-preżentazzjoni ta’ dawn l-offerti jiġi estiż meta l-emendi kkonċernati jkunu sinjifikattivi, it-tul ta’ din l-estensjoni jkun skont l-importanza ta’ dawn l-emendi u dan it-tul ikun suffiċjenti sabiex l-operaturi ekonomiċi interessati jkunu jistgħu konsegwentement jadattaw l-offerta tagħhom, u dan huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.

    3)

    L-Artikolu 54(6) tad-Direttiva 2004/17, kif emendata bir-Regolament Nru 1336/2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi klawżola ta’ speċifikazzjonijiet ta’ kuntratt, bħall-klawżola 4.3 inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-każ ta’ preżentazzjoni ta’ offerta konġunta minn diversi offerenti, teħtieġ li l-kontribuzzjoni ta’ kull wieħed minnhom sabiex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti applikabbli fil-qasam tal-kapaċitajiet professjonali tkun tikkorrispondi, proporzjonalment, mal-parti mix-xogħlijiet li huwa jkollu fil-fatt jeżegwixxi jekk jingħata l-kuntratt ikkonċernat.


    (1)  ĠU C 311, 21.9.2015


    Top