Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0218

Kawża C-218/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Campobasso – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Gianpaolo Paoletti et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 6 TUE — Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Prinċipju ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli — Ċittadini Taljani li organizzaw id-dħul illegali fit-territorju Taljan ta’ ċittadini Rumeni — Fatti mwettqa qabel l-adeżjoni tar-Rumanija għall-Unjoni — Effett tal-adeżjoni tar-Rumanija fuq id-delitt ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni klandestina — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

ĠU C 441, 28.11.2016, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Campobasso – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Gianpaolo Paoletti et

(Kawża C-218/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 6 TUE - Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli - Ċittadini Taljani li organizzaw id-dħul illegali fit-territorju Taljan ta’ ċittadini Rumeni - Fatti mwettqa qabel l-adeżjoni tar-Rumanija għall-Unjoni - Effett tal-adeżjoni tar-Rumanija fuq id-delitt ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni klandestina - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2016/C 441/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Campobasso

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Gianpaolo Paoletti, Umberto Castaldi, Domenico Faricelli, Antonio Angelucci, Mauro Angelucci, Antonio D’Ovidio, Camillo Volpe, Giampaolo Canzano, Raffaele Di Giovanni, Antonio Della Valle

Dispożittiv

L-Artikolu 6 TUE u l-Artikolu 49 tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-adeżjoni ta Stat għall-Unjoni ma tipprekludix lil Stat Membru ieħor milli jista’ jimponi sanzjoni kriminali fuq il-persuni li jikkommettu, qabel din l-adeżjoni, id-delitt ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni illegali ta’ ċittadini tal-ewwel Stat.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015


Top