Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0448

    Kawża C-448/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fis- 26 ta’ Settembru 2014 – Davitas GmbH vs Stadt Aschaffenburg

    ĠU C 448, 15.12.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 448/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Settembru 2014 – Davitas GmbH vs Stadt Aschaffenburg

    (Kawża C-448/14)

    (2014/C 448/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Davitas GmbH

    Konvenut: Stadt Aschaffenburg

    Parti oħra fil-kawża: Landesanwaltschaft Bayern

    Domandi preliminari

    Il-prodott “De Tox Forte” ikkummerċjalizzat mir-rikorrenti huwa ikel jew ingredjent tal-ikel bi struttura primarja molekulari ġdida fis-sens tal-Artikolu 1(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 (1)?

    Sabiex tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, huwa suffiċjenti b’mod partikolari li dan il-prodott, li għandu bħala ingredjent il-clinoptilolite fl-istruttura primarja molekulari partikolari tiegħu, ma kienx jintuża bħala ikel qabel il-15 ta’ Mejju 1997, jew huwa neċessarju wkoll li dan il-prodott ikun ġie mmanifatturat permezz ta’ proċess li jwassal għal struttura molekulari ġdida jew immodifikata intenzjonalment, li jfisser li din hija sustanza li ma kinitx teżisti preċedentement b’mod naturali f’din l-għamla?


    (1)  Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 1997, dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 18, p. 244).


    Top