EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0307

Kawżi magħquda T-307/12 u T-408/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Novembru 2014 – Mayaleh vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Funzjonijiet ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja — Rikors għal annullament — Komunikazzjoni ta’ att li għandu miżuri restrittivi — Terminu tar-rikors — Ammissibbiltà — Drittijiet tad-difiża — Smigħ xieraq — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Dritt għall-ħajja privata u tal-familja — Applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul lil ċittadin ta’ Stat Membru — Moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni” )

ĠU C 448, 15.12.2014, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Mayaleh vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-307/12 u T-408/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Funzjonijiet ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja - Rikors għal annullament - Komunikazzjoni ta’ att li għandu miżuri restrittivi - Terminu tar-rikors - Ammissibbiltà - Drittijiet tad-difiża - Smigħ xieraq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-ħajja privata u tal-familja - Applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fil-qasam ta’ dħul lil ċittadin ta’ Stat Membru - Moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni”))

(2014/C 448/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adib Mayaleh (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Karouni u C. Dumont, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU L 330, p. 21), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013 tat-22 ta’ April 2013 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 111, p. 1, rettifika fil-ĠU L 127, p. 27), il-ħames nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors fil-Kawża T-307/12 huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fil-Kawża T-408/13.

3)

Adib Mayaleh huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 272, 8.9.2012.


Top