Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0283

    Kawża T-283/11: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Mejju 2011 — Fon Wireless vs UASI — nfon (nfon)

    ĠU C 32, 4.2.2012, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/26


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Fon Wireless vs UASI — nfon (nfon)

    (Kawża T-283/11)

    2012/C 32/54

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Brandolini Kujman, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: nfon AG (München, il-Ġermanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ r-rikors, flimkien mad-dokumenti kollha tiegħu u mal-kopji korrispondenti,

    taċċetta l-provi proposti;

    teżamina u tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 1017/2009-4, u konsegwentement, tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 206 321“nfon”.

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: nfon AG.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “nfon” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 38.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja u nazzjonali, figurattiva u verbali “fon” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ.

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade marks kunfliġġenti jixxiebhu, u ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li nfon AG għandha l-intenzjoni tieħu vantaġġ mir-reputazzjoni miksuba mit-trade marks preċedenti.


    Top