Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0607

    Kawża C-607/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 7 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — ITV Broadcasting Limited et vs TV Catch Up Limited (Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 3(1) — Xandir minn terz permezz tal-Internet tal-programmi ta’ xandara ta’ televiżjoni kummerċjali — “Live streaming” — Komunikazzjoni lill-pubbliku)

    ĠU C 123, 27.4.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 123/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit) — ITV Broadcasting Limited et vs TV Catch Up Limited

    (Kawża C-607/11) (1)

    (Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Xandir minn terz permezz tal-Internet tal-programmi ta’ xandara ta’ televiżjoni kummerċjali - “Live streaming” - Komunikazzjoni lill-pubbliku)

    2013/C 123/08

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice (Chancery Division)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: ITV Broadcasting Limited, ITV 2 Ltd, ITV Digital Channels Ltd, Channel 4 Television Corporation, 4 Ventures Ltd, Channel 5 Broadcasting Ltd, ITV Studios Ltd

    Konvenuta: TV Catch Up Limited

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) — Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”- Awtorizzazzjoni, mid-detenturi tad-dritt, għax-xandir bit-televiżjoni tax-xogħlijiet tagħhom fuq in-network terrestri mingħajr ħlas fit-territorju kollu ta’ Stat Membru jew f’żona ġeografika limitata fi ħdanu — Servizz ta’ xandir kontinwu, provdut minn organizzazzjoni tax-xandir terz, għall-abbonati individwali li jħallsu l-liċenzja awdjoviżiva u li jistgħu għalhekk jirċievu xandiriet diretti permezz ta’ streaming fuq l-internet

    Dispożittiv

    (1)

    Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri trażmissjoni mill-ġdid tax-xogħlijiet inklużi f’xandira televiżiva terrestri

    li ssir minn organizzazzjoni differenti mix-xandar oriġinali,

    permezz ta’ fluss Internet li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-abbonati ta’ din l-organizzazzjoni li jistgħu jirċievu din it-trażmissjoni mill-ġdid billi jagħmlu konnessjoni mas-server tagħha,

    minkejja li dawn l-abbonati jkunu jinsabu fiż-żona ta’ riċezzjoni tal-imsemmija xandira televiżiva terrestri u jistgħu jirċievuha legalment fuq riċevitur tat-televiżjoni.

    (2)

    Ir-risposta għall-ewwel domanda ma hijiex influwenzata mill-fatt li trażmissjoni mill-ġdid, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija ffinanzjata mir-reklamar u b’hekk għandha natura lukrattiva.

    (3)

    Ir-risposta għall-ewwel domanda ma hijiex influwenzata mill-fatt li trażmissjoni mill-ġdid, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, issir minn organizzazzjoni li tinsab f’kompetizzjoni diretta max-xandar oriġinali.


    (1)  ĠU C 65, 3.3.2012.


    Top