This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TA0362
Case T-362/10: Judgment of the General Court of 5 November 2014 — Vtesse Networks v Commission (State aid — Aid to support the deployment of next generation broadband networks in the Cornwall and Isles of Scilly region — Decision declaring the aid compatible with the internal market — Article 107(3)(c) TFEU — Action for annulment — No substantial effect on the competitive position — Locus standi — Procedural rights of the interested parties — Partial inadmissibility — No doubts which justify initiating the formal investigation procedure)
Kawża T-362/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Novembru 2014 – Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni “Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għall-installazzjoni ta’ netwerks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwall & Isles of Scilly — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Artikolu 107(3)(c) TFUE — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Locus standi — Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati — Inammissibbiltà parzjali — Assenza ta’ dubji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali”
Kawża T-362/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Novembru 2014 – Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni “Għajnuna mill-Istat — Għajnuna għall-installazzjoni ta’ netwerks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwall & Isles of Scilly — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Artikolu 107(3)(c) TFUE — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Locus standi — Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati — Inammissibbiltà parzjali — Assenza ta’ dubji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali”
ĠU C 448, 15.12.2014, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 448/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2014 – Vtesse Networks vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-362/10) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għall-installazzjoni ta’ netwerks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwall & Isles of Scilly - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(3)(c) TFUE - Rikors għal annullament - Nuqqas ta’ effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Locus standi - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Inammissibbiltà parzjali - Assenza ta’ dubji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali”)
(2014/C 448/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vtesse Networks Ltd (Hertford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: H. Mercer, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u L. Armati, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Szpunar u B. Majczyna, sussegwentement B. Majczyna, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u L. Seeboruth, sussegwentement L. Seeboruth, J. Beeko u L. Christie, aġenti, assistiti inizjalment minn K. Bacon, sussegwentement minn S. Lee, barristers); u British Telecommunications plc (Londra, ir-Renju Unit); (rappreżentanti: inizjalment M. Nissen u J. Gutiérrez Gisbert, sussegwentement M. Nissen u G. van de Walle de Ghelcke u finalment G. van de Walle de Ghelcke, J. Rivas Andrés, avukati, u J. Holmes, barrister)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 3204, tat-12 ta’ Mejju 2010, li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat “Cornwall & Isles of Scilly Next Generation Broadband”, li tipprevedi għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali bil-għan li tgħin l-installazzjoni ta’ netwerks ta’ broadband tal-aħħar ġenerazzjoni fir-reġjun ta’ Cornwall & Isles of Scilly, kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE (Għajnuna mill-Istat Nru 461/2009 – ir-Renju Unit).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Vtesse Networks Ltd għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ British Telecommunications plc. |
3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |