This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0567
Case C-567/10: Reference for a preliminary ruling from the Cour constitutionnelle (Belgium) lodged on 3 December 2010 — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d’Action Urbaines ASBL v Government of the Brussels-Capital Region
Kawża C-567/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit- 3 ta’ Diċembru 2010 — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d’Action Urbaines ASBL vs Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale
Kawża C-567/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit- 3 ta’ Diċembru 2010 — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d’Action Urbaines ASBL vs Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale
ĠU C 63, 26.2.2011, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-3 ta’ Diċembru 2010 — Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d’Action Urbaines ASBL vs Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale
(Kawża C-567/10)
2011/C 63/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Inter-Environnement Bruxelles ASBL, Pétitions-Patrimoine ASBL, Atelier de Recherche et d’Action Urbaines ASBL
Konvenut: Gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale
Domandi preliminari
(1) |
Id-definizzjoni ta’ “pjanijiet u programmi” tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (1) għandha tiġi interpretata bħala li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva proċedura ta’ tħassir totali jew parzjali ta’ pjan bħalma hija dik ta’ pjan partikolari tal-użu tal-art stabbilit mill-Artikoli 58 sa 63 tal-Code bruxellois de l’aménagement du territoire? |
(2) |
Il-kelma “meħtieġa” li tidher fl-Artikolu 2(a) tal-istess direttiva għandha tinftiehem li teskludi mid-definizzjoni tal-“pjanijiet u programmi”, pjanijiet li huma ċertament previsti mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, iżda li l-adozzjoni tagħhom ma hijiex obbligatorja, bħalma huma l-pjanijiet partikolari tal-użu tal-art previsti mill-Artikolu 40 tal-Code bruxellois de l’aménagement du territoire? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157.