Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0084

    Kawża F-84/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas- 7 ta’ Ġunju 2011 — Larue u Seigneur vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Remunerazzjoni — Aġġustament ġenerali tal-pagi — Ksur tal-metodu ta’ kalkolu)

    ĠU C 232, 6.8.2011, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 232/39


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2011 — Larue u Seigneur vs BĊE

    (Kawża F-84/09) (1)

    (Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Remunerazzjoni - Aġġustament ġenerali tal-pagi - Ksur tal-metodu ta’ kalkolu)

    (2011/C 232/67)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Emmanuel Larue u Olivier Seigneur (Frankfurt-am-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: G. Nuvoli u N. Urban, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Talba għal annullament tal-karti tas-salarju ta’ Jannar 2009.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-karti tas-salarju ta’ E. Larue u ta’ O. Seigneur għax-xahar ta’ Jannar 2009 huma annullati.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 312, 19.12.2009, p. 44.


    Top