Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0227

Kawża C-227/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (L-Italja) fit- 22 ta’ Ġunju 2009 — Antonino Accardo et vs Comune di Torino

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Torino (L-Italja) fit-22 ta’ Ġunju 2009 — Antonino Accardo et vs Comune di Torino

(Kawża C-227/09)

2009/C 205/44

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Torino.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonino Accardo, Viola Acella, Antonio Acuto, Domenico Ambrisi, Paolo Battaglino, Riccardo Bevilacqua, Fabrizio Bolla, Daniela Bottazzi, Roberto Brossa, Luigi Calabro’, Roberto Cammardella, Michelangelo Capaldi, Giorgio Castellaro, Davide Cauda, Tatiana Chiampo, Alessia Ciaravino, Alessandro Cicero, Paolo Curtabbi, Paolo Dabbene, Mauro D'Angelo, Giancarlo Destefanis, Mario Di Brita, Bianca Di Capua, Michele Di Chio, Marina Ferrero, Gino Forlani, Giovanni Galvagno, Sonia Genisio, Laura Dora Genovese, Sonia Gili, Maria Gualtieri, Gaetano La Spina, Maurizio Loggia, Giovanni Lucchetta, Sandra Magoga, Manuela Manfredi, Fabrizio Maschio, Sonia Mignone, Daniela Minissale, Domenico Mondello, Veronnica Mossa, Plinio Paduano, Barbaro Pallavidino, Monica Palumbo, Michele Paschetto, Frederica, Peinetti, Nadia Pizzimenti, Gianluca Ponzo, Enrico Pozzato, Gaetano Puccio, Danilo Ranzani, Pergianni Risso, Luisa Rossi, Paola Sabia, Renzo Sangiano, Davide Scagno, Paola Settia, Raffaella Sottoriva, Rossana Trancuccio, Fulvia Varotto, Giampiero Zucca, Fabrizio Lacognata, Guido Mandia, Luigi Rigon, Daniele Sgavetti

Konvenut: Comune di Torino

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 5, 17 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE (1) tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistgħu jiġu applikati direttament fl-ordinament legali ta’ Stat Membru, irrispettivament minn jekk tkunx saret traspożizzjoni formali jew irrispettivament minn regoli tad-dritt nazzjonali li jillimitawlhom l-applikabbilità għal ċerti gruppi professjonali, f’kawża fejn l-imsieħba soċjali ffirmaw ftehim kollettiv li huwa conformi ma’ din id-direttiva?

2)

Irrispettivament mill-kwistjoni jekk id-direttiva inkwistjoni għandhiex effett dirett, il-qrati ta’ Stat Membru għandhom l-obbligu, fi kwalunkew każ, li japplikaw direttiva li għadha mhijiex trasposta fl-ordinament legali nazzjonali jew li l-applikabbilità tagħha, wara li tiġi trasposta, tidher li hija prekluża mir-regoli tal-imsemmi dritt nazzjonali bħala mezz ta’ interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali u konsegwentement, li jibbażaw ruħhom fuq din id-direttiva sabiex isolvu ċerti dubji fir-rigward tal-interpretazzjoni?

3)

Il-qrati tal-Istat Membru huma preklużi milli jiddikjaraw aġir bħala illegali, u konsegwentement li jagħtu kumpens għal danni li jirriżultaw minn fatt inġust u illegali, meta tali aġir jidher li kien awtorizzat mill-imsieħba soċjali u tali awtorizzazzjoni hija konformi mad-dritt Komunitarju, għalkemm taħt il-forma ta’ direttiva mhux trasposta fid-dritt nazzjonali?

4)

L-Artikolu 17(3) tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza b’mod awtonomu, u konsegwentement b’mod kompletament indipendenti mill-paragrafu 2 u mil-lista ta’ attivitajiet u professjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, l-intervent tal-imsieħba soċjali u r-regoli li jintroduċu dwar derogi fir-rigward tal-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa?


(1)  ĠU L 307, p. 18


Top