EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0462

Kawża C-462/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Stichting de Thuiskopie vs Opus Supplies Deutschland GmbH, Mijndert van der Lee, Hananja van der Lee (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Dritt tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Eċċezzjoni ta’ ikkuppjar għal użu privat — Artikoli 5(2)(b) u 5(2) — Kumpens ġust — Debitur tar-remunerazzjoni marbut mal-finanzjament ta’ dan il-kumpens — Bejgħ mill-bogħod bejn żewġ persuni li jirrisjedu f’żewġ Stati Membri differenti)

ĠU C 232, 6.8.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Stichting de Thuiskopie vs Opus Supplies Deutschland GmbH, Mijndert van der Lee, Hananja van der Lee

(Kawża C-462/09) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Dritt tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Eċċezzjoni ta’ ikkuppjar għal użu privat - Artikoli 5(2)(b) u 5(2) - Kumpens ġust - Debitur tar-remunerazzjoni marbut mal-finanzjament ta’ dan il-kumpens - Bejgħ mill-bogħod bejn żewġ persuni li jirrisjedu f’żewġ Stati Membri differenti)

(2011/C 232/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting de Thuiskopie

Konvenuta: Opus Supplies Deutschland GmbH, Mijndert van der Lee, Hananja van der Lee

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2)(b) u 5 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu Vol. p.) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Kumpens ġust — Bejgħ mill-bogħod bejn żewġ persuni li jirrisjedu f’żewġ Stati Membri differenti — Leġiżlazzjoni li ma tippermettix l-irkupru ta’ kumpens

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) u (5) tagħha, għandha tiġi interpretati fis-sens li l-utent finali li jagħmel, privatament, riproduzzjoni ta’ xogħol protett, għandu, bħala prinċipju, jiġi kkunsidrat bħala d-debitur tal-kumpens ġust ipprovdut fl-imsemmi Artikolu 5(2)(b). Madankollu, huwa possibbli għall-Istati Membri li jintroduċu remunerazzjoni għal ikkuppjar privat li titħallas mill-persuni li jagħmlu disponibbli għal dan l-utent l-attrezzatura, it-tagħmir jew il-mezzi ta’ riproduzzjoni, peress li dawn il-persuni għandhom il-possibbiltà li jirkupraw l-ammont ta’ din ir-remunerazzjoni fil-prezz tal-imsemmi tqegħid għad-dispożizzjoni mill-utent finali.

(2)

Id-Direttiva 2001/29, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) u (5) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa l-Istat Membru li jkun istitwixxa sistema ta’ remunerazzjoni għal ikkuppjar privat li titħallas mill-fabbrikant jew mill-importatur ta’ mezzi ta’ riproduzzjoni ta’ xogħlijiet protetti, u li fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jiġi kawżat id-dannu lill-awturi mill-użu għal finijiet privati tax-xogħlijiet tagħhom minn xerrejja li jirrisjedu hemmhekk, li għandu jiżgura li dawn l-awturi fil-fatt jirċievu effettivament il-kumpens ġust intiż sabiex jikkumpensawhom għal dan id-dannu. F’dan ir-rigward, is-sempliċi fatt li l-bejjiegħ professjonali tal-attrezzatura, tat-tagħmir u tal-mezzi ta’ riproduzzjoni huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn jirrisjedu x-xerrejja ma għandu l-ebda effett fuq dan l-obbligu ta’ riżultat. Hija l-qorti nazzjonali li għandha, fil-każ li ma jkunx possibbli li jiġi żgurat il-ġbir tal-kumpens ġust mingħand ix-xerrejja, tinterpreta d-dritt nazzjonali sabiex jista’ jsir il-ħlas ta’ dan il-kumpens mingħand debitur li jaġixxi bħala kummerċjant.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


Top