Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0277

    Kawża C-277/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland), Edinburgh — ir-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs vs RBS Deutschland Holdings GmbH (Sitt Direttiva tal-VAT — Dritt għal tnaqqis — Akkwist ta’ karozzi u użu għal tranżazzjonijiet ta’ leasing — Diskrepanzi bejn is-sistemi fiskali ta’ żewġ Stati Membri — Projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi)

    ĠU C 63, 26.2.2011, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland), Edinburgh — ir-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs vs RBS Deutschland Holdings GmbH

    (Kawża C-277/09) (1)

    (Sitt Direttiva tal-VAT - Dritt għal tnaqqis - Akkwist ta’ karozzi u użu għal tranżazzjonijiet ta’ leasing - Diskrepanzi bejn is-sistemi fiskali ta’ żewġ Stati Membri - Projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi)

    2011/C 63/10

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Session (Scotland), Edinburgh

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

    Konvenuta: RBS Deutschland Holdings GmbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Session (Scotland), Edinburgh — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tranżazzjonijiet imwettqa b’għan uniku li jinkiseb vantaġġ fiskali — Provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ karozzi fir-Renju Unit minn sussidjarja Ġermaniża ta’ bank stabbilit fir-Renju Unit

    Dispożittiv

    (1)

    F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jirrifjuta lill-persuna taxxabbli t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ oġġetti mwettaq f’dan l-Istat Membru, meta dawn l-oġġetti ntużaw għall-iskopijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ leasing imwettqa fi Stat Membru ieħor għar-raġuni unika li t-tranżazzjonijiet tal-output imwettqa ma tawx lok għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fit-tieni Stat Membru

    (2)

    Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi ma jipprekludix id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud rikonoxxut fl-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva 77/388, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn impriża stabbilita fi Stat Membru tagħżel li twettaq, permezz tas-sussidjarja tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, tranżazzjonijiet ta’ leasing ta’ oġġetti lil kumpannija terza stabbilita fl-ewwel Stat Membru, bil-għan li jiġi evitat li t-taxxa fuq il-valur miżjud tkun dovuta fuq il-ħlasijiet li jirremuneraw dawn it-tranżazzjonijiet, peress li dawn kienu kkwalifikati, fl-ewwel Stat Membru, bħala provvisti ta’ servizzi ta’ kiri mwettqa fit-tieni Stat Membru u, f’dan it-tieni Stat Membru, bħala provvisti ta’ oġġetti mwettqa fl-ewwel Stat Membru.


    (1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


    Top