Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0077

    Kawża C-77/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Gowan Comércio Internacional e Serviços Lda vs Ministero della Salute (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Direttiva 2006/134/KE — Validità — Restrizzjonijiet fl-użu tal-fenarimol bħala sustanza attiva)

    ĠU C 63, 26.2.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio — l-Italja) — Gowan Comércio Internacional e Serviços Lda vs Ministero della Salute

    (Kawża C-77/09) (1)

    (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Direttiva 2006/134/KE - Validità - Restrizzjonijiet fl-użu tal-fenarimol bħala sustanza attiva)

    2011/C 63/04

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gowan Comércio Internacional e Serviços Lda

    Konvenut: Ministero della Salute

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrattivo Regionale del Lazio — Validità, fir-rigward tal-limitazzjonijiet fuq l-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva, tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332), kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/134/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva (ĠU L 314M, p. 463).

    Dispożittiv

    L-eżami tad-domanda preliminari ma juri l-ebda l-element li jista’ jaffettwa l-validità tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/134/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2006, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-fenarimol bħala sustanza attiva.


    (1)  ĠU C 102, 01.05.2009


    Top