EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0226

Kawża T-226/08: Rikors ippreżentat fit- 13 ta' Ġunju 2008 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (Alaska)

ĠU C 223, 30.8.2008, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/47


Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2008 — Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI — Schwarzbräu (Alaska)

(Kawża T-226/08)

(2008/C 223/83)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' April 2008 (Każ R 1124/2004-4);

tħassar kompletament it-trade mark Komunitarja Nru 505 503 “Alaska” minħabba raġunijet assoluti għal rifjut ta' reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

sussidjarjament, tiddikkjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 505 503 “Alaska” ta' l-anqas għall-prodotti segwenti: “ilma minerali u ilma bil-gass u kull tip ieħor ta' xorb mhux alkoħoliku fil-klassi 32”.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali “Alaska” għall-prodotti fil-klassi 32 (trade mark Komunitarja Nru 505 503)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Schwarzbräu GmbH

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tilqa' parzjalment it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata;

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1).


Top