EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0096

Kawża F-96/08: Rikors ippreżentat fis- 17 ta' Novembru 2008 — Cerafogli vs BĊE

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 75–76 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/75


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Novembru 2008 — Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-96/08)

(2009/C 44/135)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma tagħtix lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' promozzjoni ad personam u l-kundanna tal-konvenut għall-ħlas ta' somma għall-kumpens tad-dannu morali subit mir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni li ma tagħtix lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' promozzjoni ad personam, ikkomunikata fid-data tal-11 ta' Marzu 2008;

konsegwentement, (i) tannulla kull deċiżjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa kkomunikata fil-11 ta' Marzu 2008, inklużi b'mod partikolari d-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti minn Marzu 2008 u (ii) tikkundanna l-konvenut għall-ħlas ta' somma ta' EUR 10 000, ex aequo et bono, sabiex jiġi kkumpensat id-dannu morali subit mir-rikorrenti;

bil-presuppost li l-eżekuzzjoni ta' sentenza ta' annullament ser tinvolvi diffikultajiet serji, il-ħlas ta' somma ta' EUR 78 000 jew, tal-inqas, in-nofs ta' din is-somma sabiex jiġi kopert id-dannu subit mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż.


Top