Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0585

    Kawża C-585/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl- 24 ta' Diċembru 2008 — Peter Pammer vs Reederei Karl Schlüter GmbH & Co KG

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/40


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta' Diċembru 2008 — Peter Pammer vs Reederei Karl Schlüter GmbH & Co KG

    (Kawża C-585/08)

    (2009/C 44/68)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Peter Pammer

    Konvenuta: Reederei Karl Schlüter GmbH & Co KG

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 15(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1) jista' jiġi interpretat fis-sens li vjaġġ “għal prezz inklussiv” jinkludi wkoll “vjaġġ fuq bastiment tat-tagħbija”?

    2)

    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, sabiex attività titqies bħala li tkun 'immexxija' [destinata] lejn Stat Membru fis-sens tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament Nru 44/2001, huwa biżżejjed li s-sit virtwali tal-aġenzija tal-ivvjaġġar ikun jista' jiġi kkonsultat fuq l-Internet?


    (1)  ĠU 2001, L 12, p. 1.


    Top