EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0515

Kawża C-515/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belgju) fis- 26 ta' Novembru 2008 — Proċedura kriminali kontra Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luís das Neves Palhota, Termiso Lda

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belgju) fis-26 ta' Novembru 2008 — Proċedura kriminali kontra Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luís das Neves Palhota, Termiso Lda

(Kawża C-515/08)

(2009/C 44/49)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Proċedura kriminali kontra Vítor Manuel dos Santos Palhota, Mário de Moura Gonçalves, Fernando Luís das Neves Palhota, Termiso Lda.

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tal-liġi tal-5 ta' Marzu 2002 u tal-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Digriet Irjali tad-29 ta' Marzu 2002 (digriet ta' eżekuzzjoni) jiksru l-Artikoli 49 KE u 50 KE, safejn dawn jimponu fuq persuni barranin li jimpjegaw li jixtiequ jikkollokaw ħaddiema l-obbligu li jibagħtu minn qabel dikjarazzjoni ta' kollokament lis-Servizz ta' Spezzjoni tal-Liġijiet Soċjali, kif ukoll li jżommu għad-dispożizzjoni tiegħu dokumenti komparabbli mal-kontijiet individwali jew in-noti tal-paga Belġjani, u minħabba dan l-aċċess tagħhom għas-suq tas-servizzi Belġjan huwa ostakolat jew minn tal-inqas imqiegħed f'diffikultà?


Top