EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CN0508

Kawża C-508/07 P: Appell imressaq fil- 21 ta' Novembru 2007 minn Cain Cellars, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tat- 12 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-304/05 — Cain Cellars, Inc vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

ĠU C 22, 26.1.2008, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/32


Appell imressaq fil-21 ta' Novembru 2007 minn Cain Cellars, Inc. kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Settembru 2007 fil-Kawża T-304/05 — Cain Cellars, Inc vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-508/07 P)

(2008/C 22/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Cain Cellars, Inc. (rappreżentant: J. Albrecht, Rechtsanwalt)

Il-parti l-oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla s-sentenza kkontestata tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2007, fil-kawża T-304/05;

tiddikjara li l-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade marks ma tipprekludix ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tordna li l-UASI għandha tbati l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, kif ukoll l-ispejjeż ta' l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Deskrizzjoni sommarja ta' l-aggravji ta' l-appellanti fil-proċedura ta' appell kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Settembru 2007 fil-kawża T-304/05.

L-ewwel aggravju

Ksur ta' l-Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94:

L-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza, fl-evalwazzjoni tagħha tal-fatti fundamentali sabiex tiddeċiedi dwar il-funzjoni distintiva tat-trade mark f'forma ta' pentagonu li għaliha saret l-applikazzjoni, ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-aspetti ġuridiċi u l-prinċipji tad-dritt rilevanti, inkwantu evalwat it-trade mark f'forma ta' pentagonu tar-rikorrenti abbażi ta' kunsiderazzjonijiet sempliċement teoriċi u astratti u ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-prinċipji ta' evalwazzjoni oġġettivi fir-rigward tal-karattru distintiv tar-rappreżentazzjoni ta' pentagonu, b'mod partikolari l-uniċità tagħha (“uniqueness”) fis-settur ta' l-inbid, rilevanti f'dan il-każ. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkwalifikat dan is-sinjal bħala “figura ġeometrika elementari”, u eskludiet, a priori u b'mod astratt, in-natura distintiva għat-tali kategorija ta' sinjali sempliċi.

It-tieni aggravju

Ksur ta' l-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza:

a)

Skond l-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza, il-Qorti tal-Prim'Istanza għandha tieħu biss in kunsiderazzjoni dawk id-dokumenti u inkartamenti li l-avukati u l-aġenti tal-partijiet ikunu setgħu jikkonsultaw u li fuqhom ikunu setgħu jesprimu ruħhom. Il-punt 54 tas-sentenza kkontestata jirreferi għad-dokumenti li l-UASI ppreżenta għall-ewwel darba fir-replika tiegħu u fir-rigward tiegħu l-appellanti ma għamlitx l-osservazzjonijet tagħha (il-fażi bil-miktub tal-proċedura kienet konkluża wara l-preżentata tar-replika). B'hekk, is-sentenza hija fondata fuq elementi ta' prova inammissibbli. In-nuqqas ta' possibbiltà, għall-appellanti, li tieħu pożizzjoni, fil-fehma tagħha tikser il-prinċipju ta' audi alteram partem.

b)

Fl-aħħar nett, l-appellanti tilmenta li fil-fażi orali tal-proċedura, biex turi l-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, hija ppreżentat rappreżentazzjonijiet tal-prodott — li ġew ammessi mill-UASI fil-proċedura u li kienu ta' importanza partikolari għall-finijiet tal-kwistjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni — li madankollu ma ssemmewx fis-sentenza kkontestata u ma ttieħdux in kunsiderazzjoni meta ġiet adottata d-deċiżjoni fir-rigward tal-karattru distintiv. Din iċ-ċirkustanza wkoll, skond l-appellanti, tikkostiwixxi ksur tal-prinċipju ta' audi alteram partem.


Top