EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0549

Kawża C-549/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien — L-Awstrija) — Friederike Wallentin-Hermann vs Alitalia — Linee Aeree Italiane SpA (Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 5 — Kumpens u assistenza tal-passiġġieri fil-każ ta' kanċellazzjoni ta' titjira — Eżenzjoni mill-obbligu ta' kumpens — Kanċellazzjoni dovuta għal ċirkustanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien — L-Awstrija) — Friederike Wallentin-Hermann vs Alitalia — Linee Aeree Italiane SpA

(Kawża C-549/07) (1)

(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5 - Kumpens u assistenza tal-passiġġieri fil-każ ta' kanċellazzjoni ta' titjira - Eżenzjoni mill-obbligu ta' kumpens - Kanċellazzjoni dovuta għal ċirkustanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki li kieku ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha)

(2009/C 44/34)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Friederike Wallentin-Hermann

Konvenuta: Alitalia — Linee Aeree Italiane SpA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Handelsgericht Wien — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, p. 1) — Kunċetti ta' “ċirkustanzi straordinarji” u ta' “miżuri raġonevoli” — Kanċellazzjoni tat-titjira minħabba difett fir-reattur — Rata ta' kanċellazzjonijiet dovuti għal difetti tekniċi ogħla minn dik ta' kumpanniji oħra tal-ajru

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 261/2004 tal-11 ta' Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li problema teknika li taffettwa ajruplan li twassal għall-kanċellazzjoni tat-titjira ma taqax taħt il-kunċett ta' “ċirkustanzi straordinarji” fis-sens ta' din id-dispożizzjoni, ħlief jekk din il-problema tirriżulta minn avvenimenti li, minħabba n-natura jew l-oriġini tagħhom, mhumiex inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur bl-ajru kkonċernat u jaħarbu mill-kontroll effettiv tiegħu. Il-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta' Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f'Montreal fit-28 ta' Mejju 1999, ma tirriżultax determinanti għall-interpretazzjoni tal-każijiet ta' eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 216/2004.

2)

Il-frekwenza tal-problemi tekniċi kkonstatata fi ħdan trasportatur bl-ajru mhijiex fiha nnifisha element li jwassal għall-konklużjoni tal-preżenza jew le ta' “ċirkustanzi straordinarji” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004.

3)

Il-fatt li trasportatur bl-ajru jkun osserva r-regoli minimi ta' manutenzjoni ta' ajruplan ma jistax fih innifsu jkun biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan it-trasportatur ħa “l-miżuri raġonevoli kollha” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 u, għaldaqstant, sabiex jeħles l-imsemmi trasportatur mill-obbligu tiegħu ta' kumpens previst fl-Artikoli 5(1)(ċ) u 7(1) ta' dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


Top