Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0546

    Kawża C-546/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 21 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ( Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 49 KE — Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni — Lista msemmija fl-Artikolu 24 tal-Att ta’ Adeżjoni: il-Polonja — Paragrafu 13 tal-Kapitolu 2 — Possibbiltà, għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li tidderoga mill-Artikolu 49(1) KE — Klawżola standstill — Ftehim tal- 31 ta’ Jannar 1990 bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-kollokament ta’ ħaddiema ta’ impriżi Pollakki sabiex iwettqu kuntratti ta’ xogħol — Esklużjoni tal-possibbiltà, għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jikkonkludu, ma’ impriżi Pollakki, kuntratti ta’ xogħol li għandhom jitwettqu fil-Ġermanja — Estensjoni tar-restrizzjonijiet li jeżistu fid-data tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni dwar l-aċċess għall-ħaddiema Pollakki fis-suq tax-xogħol Ġermaniż )

    ĠU C 63, 13.3.2010, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-546/07) (1)

    (“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 49 KE - Anness XII tal-Att ta’ Adeżjoni - Lista msemmija fl-Artikolu 24 tal-Att ta’ Adeżjoni: il-Polonja - Paragrafu 13 tal-Kapitolu 2 - Possibbiltà, għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, li tidderoga mill-Artikolu 49(1) KE - Klawżola ‘standstill’ - Ftehim tal-31 ta’ Jannar 1990 bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-kollokament ta’ ħaddiema ta’ impriżi Pollakki sabiex iwettqu kuntratti ta’ xogħol - Esklużjoni tal-possibbiltà, għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jikkonkludu, ma’ impriżi Pollakki, kuntratti ta’ xogħol li għandhom jitwettqu fil-Ġermanja - Estensjoni tar-restrizzjonijiet li jeżistu fid-data tal-iffirmar tat-Trattat ta’ Adeżjoni dwar l-aċċess għall-ħaddiema Pollakki fis-suq tax-xogħol Ġermaniż”)

    2010/C 63/04

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa u P. Dejmek, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, M. Lumma u C. Blaschke, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE u tal-paragrafu 13 tal-Kapitolu 2 (Moviment liberu tal-persuni) tal-Anness XII (Lista msemmija fl-Artikolu 24 tal-Att ta’ Adeżjoni: Polonja) tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea (ĠU 2003, L 236, p.875) — Interpretazzjoni u applikazzjoni mill-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali tal-Konvenzjoni tal-31 ta’ Jannar 1990 bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar it-trasferiment ta’ ħaddiema ta’ impriżi Pollakki biex iwettqu kuntratti għal servizzi — Esklużjoni tal-possibbiltà, għall-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jikkonkludu kuntratti ma’ impriżi Pollakki għal xogħlijiet li għandhom jitwettqu fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja — Żieda tar-restrizzjonijiet li kienu jeżistu fid-data li fiha ġie ffirmat it-Trattat ta’ Adeżjoni, dwar l-aċċess ta’ ħaddiema Pollakki b’kuntratti temporanji (“Werkvertragsarbeitnehmer”) għas-suq tax-xogħol nazzjonali.

    Dispożittiv

    (1)

    Billi interpretat, fil-prassi amministrattiva tagħha, il-frażi “impriża tal-parti l-oħra”, li tinsab fl-Artikolu 1(1) tal-Ftehim, tal-31 ta’ Jannar 1990, bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar il-kollokament ta’ ħaddiema ta’ impriżi Pollakki sabiex iwettqu kuntratti għal servizzi, kif emendat fl-1 ta’ Marzu u fit-30 ta’ April 1993, bħala li tfisser “impriża Ġermaniża”, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    (4)

    Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 64, 08.03.2008


    Top