Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0444

    Kawża C-444/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Gdańsk-Północ — Ir-Repubblika tal-Polonja) — MG Probud Gdynia sp. z.o.o. vs Główny Urząd Celny w Saarbrücken (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Proċedimenti ta’ falliment — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi d-deċiżjoni li jinfetħu proċedimenti ta’ falliment meħuda mill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor kif ukoll id-deċiżjonijiet relatati mal-iżvolġiment u mal-għeluq ta’ dawn il-proċedimenti ta’ falliment)

    ĠU C 63, 13.3.2010, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Gdańsk-Północ — Ir-Repubblika tal-Polonja) — MG Probud Gdynia sp. z.o.o. vs Główny Urząd Celny w Saarbrücken

    (Kawża C-444/07) (1)

    (Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Proċedimenti ta’ falliment - Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi d-deċiżjoni li jinfetħu proċedimenti ta’ falliment meħuda mill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor kif ukoll id-deċiżjonijiet relatati mal-iżvolġiment u mal-għeluq ta’ dawn il-proċedimenti ta’ falliment)

    2010/C 63/02

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy Gdańsk-Północ

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: MG Probud Gdynia sp. z.o.o.

    Konvenuta: Główny Urząd Celny w Saarbrücken

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Rejonowy Gdańsk — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 4, 16, 17 u 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191) — Approprjazzjoni, mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru, tal-beni finanzjarji li kienu jinsabu fil-kont tal-bank ta’ impriża wara li nfetħu proċedimenti ta’ falliment kontriha fi Stat Membru ieħor, minkejja d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru li fih infetħu l-proċedimenti — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi l-proċedimenti ta’ falliment miftuħa minn qorti ta’ Stat Membru ieħor fin-nuqqas ta’ ftuh ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment f’dan l-Istat.

    Dispożittiv

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, b’mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 16, 17 u 25 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawża bħal dik prinċipali, wara l-ftuħ ta’ proċedimenti prinċipali ta’ falliment fi Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, li fih ma jkunu nfetħu ebda proċedimenti sekondarji ta’ falliment, għandhom l-obbligu, suġġett għar-raġunijiet għal rifjut derivanti mill-Artikoli 25(3) u 26 ta’ dan ir-Regolament, li jirrikonoxxu u jeżegwixxu d-deċiżjonijiet kollha relatati ma’ dawn il-proċedimenti prinċipali ta’ falliment u, għaldaqstant, m’għandhomx id-dritt li jordnaw, b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor, miżuri eżekuttivi fir-rigward tal-assi tad-debitur iddikjarat fallut li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, meta l-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat tal-ftuħ ma tippermettix dan u meta l-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 10 ta’ dan ir-Regolament mhumiex sodisfatti.


    (1)  ĠU C 283, 24.11.2007


    Top