Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0384

    Kawża C-384/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Wienstrom GmbH vs Bundesminister für Wirtschaft und Arbeit (Għajnuna mill-Istat — Artikolu 88(3) KE — Għajnuna ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Kawża bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-ammont tal-għajnuna illegalment implementata — Rwol tal-qorti nazzjonali)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Wienstrom GmbH vs Bundesminister für Wirtschaft und Arbeit

    (Kawża C-384/07) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Artikolu 88(3) KE - Għajnuna ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Kawża bejn il-benefiċjarju u l-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-ammont tal-għajnuna illegalment implementata - Rwol tal-qorti nazzjonali)

    (2009/C 44/26)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wienstrom GmbH

    Konvenut: Bundesminister für Wirtschaft und Arbeit

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 88(3) KE — Skema ta' għajnuna mill-Istat implementata mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, iżda li l-verżjoni ulterjuri emendata tagħha, wara n-notifika tagħha, ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni, mingħajr ma ingħatat deċiżjoni negattiva fir-rigward tal-verżjoni l-qadima mhux innotifikata — Obbligi tal-qrati nazzjonali derivanti minn din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni

    Dispożittiv

    Il-projbizzjoni ta' implementazzjoni ta' għajnuna mill-Istat prevista fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE ma timponix lill-qorti nazzjonali, f'ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, sabiex tiċħad talba ta' benefiċjarju tal-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-ammont tagħha li hija dovuta għal perijodu preċedenti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li taċċetta l-kompatibbiltà ta' din l-għajnuna mas-suq komuni.


    (1)  ĠU C 283, 24.11.2007.


    Top