Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0213

    Kawża C-213/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċja) — Michaniki AE vs Ethniko Symvoulio Radiotileorasis, Ypoyrgos Epikrateias (Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Direttiva 93/37/KEE — Artikolu 24 — Kawżi ta' esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta' kuntratt — Miżuri nazzjonali li joħolqu inkompatibbiltà bejn is-settur tax-xogħlijiet pubbliċi u dak tal-mezzi ta' informazzjoni)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċja) — Michaniki AE vs Ethniko Symvoulio Radiotileorasis, Ypoyrgos Epikrateias

    (Kawża C-213/07) (1)

    (Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37/KEE - Artikolu 24 - Kawżi ta' esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta' kuntratt - Miżuri nazzjonali li joħolqu inkompatibbiltà bejn is-settur tax-xogħlijiet pubbliċi u dak tal-mezzi ta' informazzjoni)

    (2009/C 44/18)

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Michaniki AE

    Konvenuti: Ethniko Symvoulio Radiotileorasis, Ypoyrgos Epikrateias

    Fil-preżenza ta': Elliniki Technodomiki Techniki Ependytiki Viomichaniki AE, li daħlet fid-drittijiet ta' Pantechniki AE, Syndesmos Epicheiriseon Periodikou Typou

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet (ĠU L 199, p. 54) — Natura eżawrjenti jew le tal-elenku tal-kawżi ta' esklużjoni ta' kuntrattur mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti ta' kuntratt.

    Dispożittiv

    1)

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 93/37/KEE, tal-14 ta' Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, tat-13 ta' Ottubru 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li jelenka, b'mod eżawrjenti, il-kawżi bbażati fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi ta' kwalità professjonali, li jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjoni ta' imprenditur milli jipparteċipa f'kuntratt pubbliku għal xogħlijiet. Madankollu, din id-direttiva ma tipprekludix Stat Membru milli jipprovdi għal miżuri ta' esklużjoni oħra intiżi sabiex jiggarantixxu l-osservanza tal-prinċipji tat-trattament ugwali tal-offerenti u tat-trasparenza, sakemm miżuri bħal dawn ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-għan.

    2)

    Id-dritt Komunitarju għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, filwaqt li jkollha għanijiet leġittimi ta' trattament ugwali tal-offerenti u ta' trasparenza fl-ambitu tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi, tistabbilixxi preżunzjoni inkonfutabbli (juris et de iure) ta' inkompatibbiltà bejn il-kwalità ta' proprjetarju, soċju, azzjonist prinċipali jew diriġent ta' impriża li teżerċita attività fis-settur tal-mezzi ta' informazzjoni u dik ta' proprjetarju, soċju, azzjonist prinċipali jew diriġent ta' impriża li tkun fdata mill-Istat jew minn persuna legali tas-settur pubbliku f'sens wiesa' bl-eżekuzzjoni ta' kuntratti għal xogħlijiet, għal provvisti jew għal servizzi.


    (1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


    Top