Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0286

    Kawża T-286/06: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 18 ta' Diċembru 2008 — Torres vs UASI — Vinícola de Tomelloso (TORRE DE GAZATE) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta' oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORRE DE GAZATE — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TORRES u LAS TORRES — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni )

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/43


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Diċembru 2008 — Torres vs UASI — Vinícola de Tomelloso (TORRE DE GAZATE)

    (Kawża T-286/06) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TORRE DE GAZATE - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TORRES u LAS TORRES - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni’)

    (2009/C 44/74)

    Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, M. Baz de San Ceferino u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u J. García Murillo, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Vinícola de Tomelloso, SCL (Tomelloso, Spanja) (rappreżentant: J. L. Casajuana Espinosa, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Lulju 2006 (Każ R 421/2004-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Miguel Torres, SA u Vinícola de Tomelloso, SCL.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Miguel Torres, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 310, 16.12.2006.


    Top