EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0524

Kawża C-524/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Il-Ġermanja) — Heinz Huber vs Bundesrepublik Deutschland (Protezzjoni ta' data personali — Ċittadinanza Ewropea — Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza — Direttiva 95/46/KE — Kunċett ta' neċessità — Proċessar ġenerali ta' data personali dwar ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor — Reġistru ċentrali tal-barranin)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Il-Ġermanja) — Heinz Huber vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-524/06) (1)

(Protezzjoni ta' data personali - Ċittadinanza Ewropea - Prinċipju ta' non-diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza - Direttiva 95/46/KE - Kunċett ta' “neċessità’ - Proċessar ġenerali ta' data personali dwar ċittadini tal-Unjoni li huma ċittadini ta' Stat Membru ieħor - Reġistru ċentrali tal-barranin)

(2009/C 44/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Heinz Huber

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12(1), 17, 18(1) u 43(1) KE kif ukoll tal-Artikolu 7(e) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, p. 31) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-ipproċessar ġenerali ta' data personali ta' ċittadini ta' Stati Membri oħrajn f'reġistru ċentrali nazzjonali tal-barranin, li ma ssegwix il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-data personali ta' ċittadini tal-Istat inkwistjoni, liema data hija pproċessata biss f'reġistri komunali ta' dikjarazzjoni ta' domiċilju.

Dispożittiv

1)

Sistema ta' pproċessar ta' data personali rigward iċ-ċittadini tal-Unjoni li mhumiex ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, bħal dik implementata mir-reġistru ċentrali tal-barranin (Gesetz über das Ausländerzentralregister) tat-2 ta' Settembru 1994, kif emendata mil-liġi tal-21 ta' Ġunju 2005, u li għandha bħala għan is-sostenn tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fuq id-dritt ta' residenza ma tissodisfax ir-rekwiżit ta' neċessità previst mill-Artikolu 7(e) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, interpretat fid-dawl tal-projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza ħlief:

jekk tinkludi biss id-data neċessarja għall-applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni mill-imsemmija awtoritajiet u

jekk in-natura ċentralizzata tagħha tippermetti applikazzjoni iktar effettiva ta' din il-leġiżlazzjoni fuq id-dritt ta' residenza f'dak li jirrigwarda ċ-ċittadini tal-Unjoni li mhumiex ċittadini ta' dan l-Istat Membru.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina dawn l-elementi fil-kawża prinċipali.

F'kull każ, iż-żamma u l-ipproċessar ta' data personali marbuta ma' ismijiet fil-kuntest ta' reġistru bħar-reġistru ċentrali ta' barranin għal finijiet ta' statistika ma jistgħux jitqiesu bħala neċessarji fis-sens tal-Artikolu 7(e) tad-Direttiva 95/46.

2)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-istabbiliment minn Stat Membru ta' sistema ta' pproċessar ta' data personali speċifika għaċ-ċittadini tal-Unjoni li mhumiex ċittadini ta' dan l-Istat Membru bil-għan ta' ġlieda kontra l-kriminalità.


(1)  ĠU C 56, 10.3.2007.


Top