This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62006CA0451
Case C-451/06: Judgment of the Court (Third Chamber) of 6 December 2007 (reference for a preliminary ruling from the Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien (Austria)) — Gabriele Walderdorff v Finanzamt Waldviertel (Sixth VAT Directive — Article 13B(b) — Exemption — Leasing and letting of immovable property — Letting of fishing rights)
Kawża C-451/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — L-Awstrija) — Gabriele Walderdorff vs Finanzamt Waldviertel (Sitt Direttiva VAT — Artikolu 13B(b) — Eżenzjoni — Tranżazzjonijiet ta' kiri u ta' lokazzjoni ta' proprjetà immobbli — Lokazzjoni ta' drittijiet tas-sajd)
Kawża C-451/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — L-Awstrija) — Gabriele Walderdorff vs Finanzamt Waldviertel (Sitt Direttiva VAT — Artikolu 13B(b) — Eżenzjoni — Tranżazzjonijiet ta' kiri u ta' lokazzjoni ta' proprjetà immobbli — Lokazzjoni ta' drittijiet tas-sajd)
ĠU C 22, 26.1.2008, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 22/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' l-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — L-Awstrija) — Gabriele Walderdorff vs Finanzamt Waldviertel
(Kawża C-451/06) (1)
(Sitt Direttiva VAT - Artikolu 13B(b) - Eżenzjoni - Tranżazzjonijiet ta' kiri u ta' lokazzjoni ta' proprjetà immobbli - Lokazzjoni ta' drittijiet tas-sajd)
(2008/C 22/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gabriele Walderdorff
Konvenut: Finanzamt Waldviertel
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13B(b) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Eżenzjoni mill-VAT — Kunċett ta' provvista ta' servizzi konnessi ma' proprjetà immobbli — Lokazzjoni u ċessjoni tad-drittijiet tas-sajd bi ħlas
Dispożittiv
L-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konċessjoni ta' drittijiet tas-sajd, bi ħlas, permezz ta' kuntratt ta' lokazzjoni konkluż għal perijodu ta' għaxar snin, mis-sid tal-medda ta' ilma li fir-rigward tagħha ngħataw dawn id-drittijiet, kif ukoll mid-detentur tad-drittijiet tas-sajd f'medda ta' ilma li tinsab fi proprjetà pubblika, la tikkostitwixxi kiri u lanqas lokazzjoni ta' proprjetà immobbli, billi din il-konċessjoni ma tagħtix id-dritt li wieħed jokkupa l-proprjetà immobbli kkonċernata u li jeskludi lil kull persuna oħra mit-tgawdija ta' dan id-dritt.