EUR-Lex Hozzáférés az európai uniós joghoz

Vissza az EUR-Lex kezdőlapjára

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62005CA0276

Kawża C-276/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof) — The Wellcome Foundation Ltd vs Paranova Pharmazeutika Handels GmbH (Trade mark — Prodott farmaċewtiku — Ippakkjar mill-ġdid — Importazzjoni parallela — Bidla sostanzjali fid-dehra tal-ippakkjar — Obbligu ta' notifika minn qabel)

ĠU C 44, 21.2.2009., 2—2. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof) — The Wellcome Foundation Ltd vs Paranova Pharmazeutika Handels GmbH

(Kawża C-276/05) (1)

(Trade mark - Prodott farmaċewtiku - Ippakkjar mill-ġdid - Importazzjoni parallela - Bidla sostanzjali fid-dehra tal-ippakkjar - Obbligu ta' notifika minn qabel)

(2009/C 44/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Wellcome Foundation Ltd

Konvenuta: Paranova Pharmazeutika Handels GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Ippakkjar mill-ġdid ta' prodott farmaċewtiku li jkun is-suġġett ta' importazzjoni parallela — Bidla sostanzjali fid-dehra tal-ippakkjar — Sa fejn jasal l-obbligu ta' twissija minn qabel

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta' Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jiġi stabbilit li l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott farmaċewtiku, permezz ta' ppakkjar ġdid tiegħu, huwa meħtieġ għall-kummerċjalizzazzjoni ulterjuri tiegħu fl-Istat Membru ta' importazzjoni, il-mod ta' preżentazzjoni ta' dan l-ippakkjar għandu jiġi evalwat biss fir-rigward tal-kundizzjoni li dan ma jistax ikun tali li jkun jista' jikkawża ħsara lir-reputazzjoni tat-trade mark u dik tal-proprjetarju tagħha.

2)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 89/104, kif emendata mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta' Mejju 1992, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa l-importatur parallel li għandu jipprovdi lill-proprjetarju tat-trade mark l-informazzjoni neċessarja u suffiċjenti sabiex dan ikun jista' jivverifika li l-ippakkjar mill-ġdid tal-prodott taħt din it-trade mark huwa neċessarju sabiex jiġi kkummerċjalizzat fl-Istat Membru ta' importazzjoni.


(1)  ĠU C 217, 3.9.2005.


Az oldal tetejére