EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42000A0922(10)

Ftehim dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju, 1985 dwar it-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni ffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990

ĠU L 239, 22.9.2000, p. 115–123 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2000/922(9)/oj

42000A0922(10)



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0115 - 0123


Ftehim dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja

għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju, 1985 dwar it-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni ffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju 1990

IR-RENJU TAL-BELĠJU, R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, R-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU U R-RENJU TA' L-OLANDA, Partijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju, 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar il-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju, 1990, hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala "l-Konvenzjoni ta' l-1990", kif ukoll ir-Repubblika Taljana, r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, r-Repubblika Griega, u r-Repubblika ta' l-Awstrija, li qablu mal-Konvenzjoni ta' l-1990 bil-Ftehim iffirmati nhar is-27 ta' Novembru, 1990, il-25 ta' Ġunju, 1991, is-6 ta' Novembru, 1992 u t-28 ta' April, 1995 rispettivament,

min-naħa l-waħda,

u r-RENJU TA' L-ISVEZJA, min-naħa l-oħra,

Wara li kkunsidraw il-firma mogħtija fil-Lussemburgu fid-dsatax-il jum ta' Diċembru tas-sena elf disa' mija u sitta u disgħin tal-Protokoll dwar l-Adeżjoni tal-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża fuq il-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, kif emendat bil-Protokolli dwar l-Adeżjoni tal-Gvernijiet tar-Repubblika Taljana, tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika Griega, u tar-Repubblika ta' l-Awstrija, iffirmati fis-27 ta' Novembru, 1990, fil-25 ta' Ġunju, 1991, fis-6 ta' Novembru, 1992 u fit-28 ta' April, 1995 rispettivament,

Fuq il-bażi ta' l-Artikolu 140 tal-Konvenzjoni ta' l-1990,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Renju ta' l-Isvezja hawnhekk jaqbel mal-Konvenzjoni ta' l-1990.

Artikolu 2

1. Fid-data meta ġie ffirmat dan il-Ftehim, l-uffiċjali msemmija fl-Artikolu 40(4) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 rigward ir-Renju ta' l-Isvezja għandhom ikunu:

(a) Polismän som är anställda av svenska polismyndigheter (uffiċjali tal-pulizija ta' l-awtoritajiet tal-pulizija ta' l-Isvezja);

(b) Tulltjänstemän, som är anställda av svensk tullmyndighet i de fall de har polisiara befogenheter, dvs framst i samband med smugglingsbrott och andra brott i samband med inresa och utresa till och fran riket (uffiċjali tad-dwana ta' l-awtoritajiet tad-Dwana Svediża, waqt li jaqdu d-dmirijiet ta' pulizija, prinċipalment li jittrattaw ma' offiżi relatati mal-kontrabandu u offiżi oħra marbuta mad-dħul fil-pajjiż u mal-ħruġ mill-pajjiż);

(ċ) Tjänstemän anställda vid den svenska Kustbevakningen i samband med övervakning till sjöss (uffiċjali tal-Gwardja tal-Kosta Svediża risponsabbli mis-sorveljanza marittima).

2. Fid-data meta ġie ffirmat dan il-Ftehim, l-awtorità msemmija fl-Artikolu 40(5) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 rigward ir-Renju ta' l-Isvezja għandha tkun ir-Rikspolisstyrelsen (il-Bord tal-Pulizija Nazzjonali Svediża).

Artikolu 3

Fl-istess data meta ġie ffirmat dan il-Ftehim, l-uffiċjali msemmija fl-Artikolu 41(7) tal-Konvenzjoni ta' l-1990, rigward ir-Renju ta' l-Isvezja għandhom ikunu:

(1) Polismän som är anställda av svenska polismyndigheter (uffiċjali tal-pulizija ta' l-awtoritajiet tal-pulizija Svediża);

(2) Tulltjänstemän, som är anställda av svensk tullmyndighet i de fall de har polisiara befogenheter, dvs framst i samband med smugglingsbrott och andra brott i samband med inresa och utresa till och fran riket (uffiċjali tad-dwana ta' l-awtoritajiet tad-dwana Svediża, waqt li jkunu qed jaqdu d-dmirijiet ta' pulizija, prinċipalment biex jittrattaw offiżi relatati mal-kuntrabandu u offiżi oħra marbuta mad-dħul fil-pajjiż u mal-ħruġ mill-pajjiż).

Artikolu 4

Fid-data li fiha ġie ffirmat dan il-Ftehim, il-Ministeru kompetenti msemmi fl-Artikolu 65(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 rigward ir-Renju ta' l-Isvezja għandu jkun l-Utrikesdepartementet (il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin).

Artikolu 5

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim m'għandhomx jippreġudikaw il-koperazzjoni fil-qafas ta' l-Unjoni tal-Passaporti Nordika, sakemm tali koperazzjoni ma tmurx kontra, jew tfixkel, l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 6

1. Dan il-Ftehim għandu jkun bla ħsara għar-ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. L-istrumenti ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom ikunu depożitati mal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jgħarraf bih lill-Partijiet Kontraenti kollha.

2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-depożitu ta' l-istrumenti ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni mill-Istati li għalihom il-Konvenzjoni ta' l-1990 tkun daħlet fis-seħħ u mir-Renju ta' l-Isvezja.

Rigward l-Istati l-oħra, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-depożitu ta' l-istrumenti tagħhom ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, kemm-il darba dan il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ skond id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti.

3. Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jgħarraf lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti bid-data tad-dħul fis-seħħ.

Artikolu 7

1. Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jibgħat lill-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja kopja ċċertifikata tal-Konvenzjoni ta' l-1990 fl-ilsna Olandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż u Spanjol.

2. It-test tal-Kovenzjoni ta' l-1990 magħmul fl-ilsien Svediż huwa mehmuż ma' dan il-Ftehim u għandu jkun awtentiku skond l-istess kondizzjonijiet bħat-testi tal-Konvenzjoni ta' l-1990 magħmula fl-Olandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż u Spanjol.

B'xhieda ta' dan, ‘l hawn taħt iffirmati, debitament awtorizzati għal dan l-effett, iffirmaw dan it-Trattat.

Magħmul fil-Lussemburgu d-dsatax-il jum ta' Diċembru tas-sena elf disa' mija u sitta u disgħin f'oriġinal wieħed fl-ilsna Olandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Svediż, it-tmien testi kollha bl-istess awtentiċita, tali oriġinal jibqa' depożitat fl-arkivji tal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jibgħat kopja ċċertifikata lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti.

Għall-Gvern tar-Renju tal-Belġju

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Griega

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' Spanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Taljana

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Portugiża

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ATT FINALI

I. Fiż-żmien meta ġie ffirmat il-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju, 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar il-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat fi Schengen fid-19 ta' Ġunju, 1990, li miegħu r-Repubblika Taljana, r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, r-Repubblika Griega, u r-Repubblika ta' l-Awstrija qablu permezz tal-Ftehim iffirmati fis-27 ta' Novembru, 1990, fil-25 ta' Ġunju, 1991, fis-6 ta' Novembru, 1992 u fit-28 ta' April, 1995 rispettivament, il-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja ffirma l-Att Finali, l-Minuti u d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat li kienu ffirmati fil-ħin meta ġiet iffirmata l-Konvenzjoni ta' l-1990.

Il-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja ffirma d-Dikjarazzjonijiet Konġunti u osserva d-Dikjarazzjonijiet unilaterali li hemm fihom.

Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jibgħat lill-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja kopja ċċertifikata ta' l-Att Finali, l-Minuti u d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat li kienu ffirmati fiż-żmien meta ġiet iffirmata l-Konvenzjoni ta' l-1990, fil-ilsna Olandiż, Franċiż, Ġermaniża, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Svediż.

II. Fiż-żmien meta ġie ffirmat il-Ftehim ta' l-Adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju, 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża fuq il-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom iffirmat f'Schengen fid-19 ta' Ġunju, 1990, li qablu miegħu r-Repubblika Taljana, r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, r-Repubblika Griega, u r-Repubblika ta' l-Awstrija bil-Ftehim iffirmati fis-27 ta' Novembru, 1990, fil-25 ta' Ġunju, 1991, fis-6 ta' Novembru, 1992 u fit-28 ta' April, 1995 rispettivament, il-Partijiet Kontraenti adottaw id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin:

1. Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta' Adeżjoni

Il-Parijiet Kontraenti għandhom, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Adeżjoni, jinfurmaw wieħed lill-ieħor dwar iċ-ċirkustanzi kollha li jista' jkollhom influwenza sinifikanti fuq l-oqsma koperti mill-Konvenzjoni ta' l-1990 u fuq id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta'Adeżjoni.

Dan il-Ftehim ta' Adeżjoni għandu jidħol fis-seħħ bejn l-Istati li għalihom il-Konvenzjoni ta' l-1990 iddaħlet fis-seħħ u r-Renju ta' l-Isvezja meta l-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-1990 ikunu twettqu f'dawk l-Istati kollha u l-kontrolli fuq fil-fruntieri esterni jkunu hemm effettivi.

Rigward kull wieħed mill-Istati l-oħra, dan il-Ftehim ta' l-Adeżjoni għandu jiddaħħal fis-seħħ meta l-prekondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' l-1990 jitwettqu f'dak l-Istat u meta l-kontrolli fil-fruntieri esterni jkun hemm effettivi.

2. Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990

Il-Partijiet Kontraenti jispeċifikaw li fiż-żmien meta ġie ffirmat il-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Konvenzjoni ta' l-1990, l-arranġamenti għal visa komuni msemmija fl-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta' l-1990 għandhom jittieħdu li jfissru l-arranġamenti komuni applikati mill-Partijiet Firmatarji għall-Konvenzjoni msemmija mid-19 ta' Ġunju, 1990.

3. Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Konvenzjoni magħmula fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea relatata ma' l-estradizzjoni

Il-grupp ta' l-Istati għall-Konvenzjoni ta' l-1990 hawnhekk jikkonfermaw li l-Artikolu 5(4) tal-Konvenzjoni magħmul fuq il-bażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, iffirmat f'Dublin fis-27 ta' Settembru, 1996, u d-Dikjarazzjonijiet rispettivi tagħhom mehmuża mal-Konvenzjoni msemmija, għandhom japplikaw fil-qafas tal-Konvenzjoni ta' l-1990.

III. Il-Partijiet Kontraenti wara li ħadu nota tad-Dikjarazzjonijiet mir-Renju ta' l-Isvezja dwar il-Ftehim ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Taljana, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika Griega, u tar-Repubblika ta' l-Awstrija.

Il-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja jieħu nota tal-kontenut tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Repubblika Taljana, tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika Griega, u tar-Repubblika ta' l-Awstrija għall-Konvenzjoni ta' l-1990, iffirmati fis-27 ta' Novembru, 1990, fil-25 ta' Ġunju, 1991, fis-6 ta' Novembru, 1992 u fit-28 ta' April, 1995 rispettivament, u tal-kontenut ta' l-Atti Finali u d-Dikjarazzjonijiet mehmuża mal-Ftehim imsemmija.

Il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jibgħat kopja ċċertifikata ta' l-istrumenti hawn fuq imsemmija lill-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja.

Dikjarazzjoni mir-Renju ta' l-Isvezja dwar il-Ftehim ta' l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka u tar-Repubblika tal-Finlandja għall-Konvenzjoni ta' l-1990.

Fiż-żmien meta ġ;ie ffirmat dan il-Ftehim, ir-Repubblika ta' l-Isvezja tieħu nota tal-kontenut tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka u tar-Reppublika tal-Finlandja għall-Konvenzjoni ta' l-1990 u tal-kontenut ta' l-Atti Finali u tad-Dikjarazzjonijiet relatati.

Magħmul fil-Lussemburgu d-dsatax-il jum ta' Diċembru tas-sena elf disa' mija u sitta u disgħin f'oriġinal wieħed fl-ilsna Olandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Svediż, it-tmien testi bl-istess awtentiċità, t-tali oriġinali jibqa' iddepożitat fl-arkivji tal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, li għandu jibgħat kopja ċċertifikata lil kull wieħed mill-Partijiet Kontraenti.

Għall-Gvern tar-Renju tal-Belġju

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Griega

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' Spanja

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Franċiża

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Taljana

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Olanda

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Awstrija

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Repubblika Portugiża

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

DIKJARAZZJONI MILL-MINISTRI U SEGRETARJI TA' L-ISTAT

Fid-dsatax-il jum ta' Diċembru tas-sena elf disa' mija u sitta u disgħin, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Repubblika Griega, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju ta' l-Isvezja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju ta' l-Olanda, tar-Repubblika ta' l-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża ffirmaw fil-Lussemburgu l-Ftehim ta' l-Adeżjoni tar-Renju ta' l-Isvezja għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju, 1985 bejn il-Gvernijiet ta' l-Istati ta' l-Unjoni Ekonomika ta' Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar il-abolizzjoni gradwali ta' kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata fi Schengen fid-19 ta' Ġunju, 1990, li għaliha r-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, r-Repubblika Griega u r-Repubblika ta' l-Awstrija qablu bil-Ftehim iffirmati fis-27 ta' Novembru, 1990, fil-25 ta' Ġunju, 1991, fis-6 ta' Novembru, 1992 u fit-28 ta' April, 1995 rispettivament.

Huma osservaw li r-rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Isvezja ddikjara appoġġ għad-Dikjarazzjoni magħmula f'Schengen fid-19 ta'Ġunju, 1990 mill-Ministri u s-Segretarji ta' l-Istat li jirrappreżentaw il-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, tar-Repubblika Franċiża, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u tar-Renju ta' l-Olanda u għad-deċiżjoni kkonfermata fl-istess data bil-firma tal-Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta' Schengen, liema Dikjarazzjoni u deċiżjoni ġiet appoġġata wkoll mill-Gvernijiet tar-Repubblika Taljana, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika Griega u tar-Repubblika ta' l-Awstrija.

--------------------------------------------------

Top