EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2295

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2295 tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/8567

ĠU L 304, 24.11.2022, p. 53–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2295/oj

24.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/53


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2295

tat-23 ta’ Novembru 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li jopera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll ipprovdew informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru li jkun inkluż fil-lista stabbilita fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (3), mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-Armenja, tal-Każakistan, tan-Nepal, tan-Niġerja u tal-Pakistan. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Arġentina, fil-Kongo (Brazzaville), fil-Guinea Ekwitorjali, fl-Iraq, fil-Madagascar, fir-Russja u fis-Sudan t’Isfel.

(6)

L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet minn operaturi ta’ pajjiżi terzi (“TCO”), maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4).

(7)

L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. Barra minn hekk, l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal iktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika potenzjali tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bl-għan li dawn jiġu megħjuna jsolvu n-nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(9)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’aġġornament dwar l-istatus tal-funzjonijiet ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO, inkluż l-istatistika dwar il-messaġġi ta’ allert għat-trasportaturi tal-ajru pprojbiti.

Trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-Aġenzija tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, kif ukoll mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-Aġenzija, u kkomplementata bl-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet u awditi speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, ħadu ċerti miżuri korrettivi u ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar dawk il-miżuri.

(11)

L-Istati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, saħqu mill-ġdid li lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni ma’ standards tas-sikurezza rilevanti.

Trasportaturi tal-ajru mill-Armenja

(12)

F’Ġunju 2020, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 (6).

(13)

Bejn is-27 u t-30 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni u l-Aġenzija żaru l-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Armenja (“CAC”). F’dik l-okkażjoni, il-Kummissjoni rrieżaminat il-progress li sar mis-CAC fl-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati li wasslu għall-impożizzjoni tal-projbizzjoni msemmija hawn fuq, fuq it-trasportaturi tal-ajru Armeni. Parti mir-rieżami mwettaq matul iż-żjara ffukat fuq l-azzjonijiet li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tat-tħassib identifikat dwar is-sikurezza, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tas-CAC biex iwettaq sorveljanza effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja.

(14)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrieżaminat l-azzjonijiet li diġà ttieħdu mis-CAC biex jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu għall-implimentazzjoni tal-Programm tas-Sikurezza tal-Istat, tas-Sistema ta’ Rapportar tal-Okkorrenzi, tas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Kwalità u tal-proċess għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”). Iż-żjara kienet tinkludi wkoll rieżami mhux biss tal-kapaċità tas-CAC li jikkonforma mar-regolamenti u l-istandards tas-sikurezza rilevanti, iżda wkoll tal-kapaċità tiegħu li jidentifika kwalunkwe riskju sinifikanti għas-sikurezza ta’ trasportatur tal-ajru ċċertifikat u li jaġixxi b’mod effettiv biex irażżan dan ir-riskju.

(15)

Iż-żjara kkonfermat li s-CAC għamel progress limitat fl-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati u tal-osservazzjonijiet li tqajmu matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fl-2020. Filwaqt li ġie definit u promulgat Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva, madankollu dan il-pjan jenħtieġ li jerġa’ jinfetaħ, jiġi rieżaminat u jiġu inklużi azzjonijiet addizzjonali sabiex il-pjan ta’ azzjoni korrettiva jsir adegwat għall-użu tiegħu. Din se tkun attività ewlenija fl-ambitu ta’ proġett ta’ assistenza teknika, li l-Aġenzija qed tipprovdi.

(16)

F’din l-okkażjoni, is-CAC informa wkoll lill-Kummissjoni li ġie ċċertifikat trasportatur tal-ajru ġdid, Fly Arna (AM AOC Nru 075). Peress li s-CAC ma weriex kapaċità suffiċjenti biex jimplimenta u jinforza l-istandards tas-sikurezza rilevanti, il-ħruġ ta’ AOC lil dan it-trasportatur tal-ajru ġdid ma jiggarantix konformità suffiċjenti mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti.

(17)

Iż-żjara pprovdiet ukoll opportunità biex l-awtoritajiet kompetenti Armeni u r-rappreżentanti tal-gvern Armen jiġu mfakkra, li sorveljanza tas-sikurezza xierqa u effettiva tista’ tiġi garantita biss jekk is-CAC ikun appoġġat mir-riżorsi u l-għarfien espert xierqa, b’mod partikolari f’termini ta’ għadd adegwat ta’ persunal kwalifikat, kif ukoll billi tiġi żgurata l-istabbiltà tal-maniġment superjuri.

(18)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Armenja, il-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex it-trasportatur tal-ajru Fly Arna jiġi inkluż fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(19)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Trasportaturi tal-ajru mill-Każakistan

(20)

F’Diċembru 2016, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 (7), bl-eċċezzjoni ta’ Air Astana, li kien diġà tneħħa mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 fl-2015 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 (8).

(21)

Fl-20 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC KZ”) u l-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Każakistan Joint Stock Company (“AAK”) kellhom laqgħa teknika.

(22)

Matul dik il-laqgħa, is-CAC KZ u l-AAK ippreżentaw il-progress li sar fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva tagħhom, u pprovdew lill-Kummissjoni b’evidenza tal-azzjonijiet meħuda biex jindirizzaw u/jew jagħlqu għadd ta’ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet li tqajmu matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fl-2021. Il-laqgħa kienet ukoll opportunità għas-CAC KZ u għall-AAK biex jipprovdu aġġornament dwar l-iżviluppi li għaddejjin fil-qafas leġiżlattiv tal-avjazzjoni tal-Kazakistan, b’mod partikolari f’termini ta’ emendi għal-Liġi tal-Avjazzjoni Primarja tal-Kazakistan, li huma mistennija li jiġu adottati f’Diċembru 2022. L-AAK ta informazzjoni wkoll dwar l-azzjonijiet meħuda biex tiġi żviluppata leġiżlazzjoni sekondarja dwar l-avjazzjoni, li tista’ tiġi adottata biss wara li tkun ġiet adottata l-Liġi tal-Avjazzjoni Primarja.

(23)

Abbażi ta’ rieżami tal-Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva ppreżentat qabel il-laqgħa, kif ukoll tad-diskussjonijiet u tal-evidenza pprovduta matul il-laqgħa, ġie nnotat il-progress li sar fl-indirizzar tal-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li rriżultaw miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fl-2021. L-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha ġew indirizzati u għadd minnhom ingħalqu. Madankollu, jenħtieġ li tittieħed aktar azzjoni biex l-osservazzjonijiet kollha li fadal jingħalqu b’mod sodisfaċenti u għandhom jiġu pprovduti r-riżorsi meħtieġa biex tiġi żgurata sorveljanza tas-sikurezza adegwata. Ġew identifikati għadd ta’ kwistjonijiet speċifiċi addizzjonali, li jeħtieġu aktar attenzjoni, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proċedura biex jitwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda, b’mod partikolari għad-detenturi ta’ AOC u għall-Organizzazzjonijiet ta’ Manutenzjoni Approvati, u r-reklutaġġ ta’ espert kwalifikat biex jiżgura s-superviżjoni tal-eżaminaturi tat-titjiriet maħtura.

(24)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru, li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Każakistan.

(25)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(26)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru min-Nepal

(27)

F’Diċembru 2013, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1264/2013 (9).

(28)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, fl-14 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni ltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tan-Nepal (“CAAN”). F’dik l-okkażjoni, is-CAAN ipprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fin-Nepal u b’mod partikolari l-kunsiderazzjonijiet riveduti tagħha dwar is-separazzjoni funzjonali tar-rwoli tas-CAAN bħala regolatur u bħala fornitur tas-servizzi, li hija kwistjoni li ilha teżisti identifikata waqt il-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni man-Nepal, kif ukoll mill-Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”) tal-ICAO.

(29)

Bħala segwitu għal dik il-laqgħa, fl-10 ta’ Novembru 2022, is-CAAN ippreżentat lill-Kummissjoni l-informazzjoni u l-evidenza dokumentarja dwar l-adozzjoni ta’ Regolament ġdid tas-CAAN, li fil-fehma tas-CAAN jiżgura s-separazzjoni funzjonali tar-rwoli tas-CAAN bħala regolatur u bħala fornitur tas-servizzi, jiġifieri billi jipprevjeni t-trasferiment tal-persunal bejn it-taqsimiet regolatorji u ta’ forniment tas-servizzi tas-CAAN. L-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament il-ġdid u l-progress fl-allinjament tas-sorveljanza tas-sikurezza tas-CAAN mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti jippermettu lill-Kummissjoni tikkunsidra jekk hux meħtieġ li tiġi organizzata żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fin-Nepal fl-2023. Abbażi tal-evidenza miġbura matul tali żjara, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta jekk tkunx ġustifikata t-tneħħija tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(30)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru, li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru min-Nepal.

(31)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Nepal mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Trasportaturi tal-ajru min-Niġerja

(32)

F’Mejju 2017, it-trasportatur tal-ajru Med-View Airline ġie inkluż fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/830 (10).

(33)

Permezz tal-ittra tal-25 ta’ Mejju 2022, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Niġerjana (“NCAA”) ikkonfermat bil-miktub il-waqfien tal-attivitajiet mit-trasportatur tal-ajru Med-View Airline.

(34)

Fis-7 ta’ Novembru 2022, il-Kummissjoni, bil-parteċipazzjoni tal-Aġenzija, organizzat laqgħa mal-NCAA, fuq talba tagħha, bl-għan li tiġi aġġornata dwar l-iżviluppi ewlenin tas-sorveljanza tas-sikurezza li seħħew fin-Niġerja bejn l-2019 u l-2022, b’mod partikolari fid-dawl tal-appoġġ għas-sorveljanza tas-sikurezza pprovdut mill-Aġenzija lill-NCAA fl-2019.

(35)

Matul dik il-laqgħa, l-NCAA pprovdiet preżentazzjoni komprensiva tat-titjib li sar fis-sorveljanza tas-sikurezza, b’mod partikolari fl-oqsma tal-leġiżlazzjoni primarja dwar l-avjazzjoni, il-kwalifiki tal-persunal tekniku u l-obbligi ta’ sorveljanza.

(36)

Ta’ min jinnota b’mod partikolari l-bidliet leġiżlattivi introdotti fl-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili tan-Niġerja, ir-riorganizzazzjoni tal-uffiċċji reġjonali, l-isforzi biex tinkiseb ċertifikazzjoni ISO 9001 għall-NCAA, l-iżvilupp ta’ pjanijiet għad-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi tal-NCAA, it-titjib fit-taħriġ tal-persunal, u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ rapportar tal-okkorrenzi.

(37)

L-NCAA enfasizzat l-impenn tagħha għal titjib kontinwu, inkluż fir-rigward tas-sorveljanza tas-sikurezza u t-trażmissjoni regolari ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija. Il-Kummissjoni nnotat dan l-iżvilupp pożittiv, u enfasizzat li l-NCAA jenħtieġ li tingħata l-appoġġ u r-riżorsi kollha meħtieġa biex tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ sorveljanza tas-sikurezza.

(38)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex it-trasportatur tal-ajru Med-View Airline jitneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(39)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fin-Niġerja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(40)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Pakistan

(41)

F’Marzu 2007, il-Pakistan International Airlines ġie inkluż fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 (11) u sussegwentement tneħħa minn dak l-Anness f’Novembru 2007 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 (12).

(42)

Fl-1 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni fetħet konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Pakistan (“PCAA”) skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006, abbażi tas-sospensjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta’ TCO tat-trasportauri tal-ajru Pakistan International Airlines u Vision Air, u ta’ dikjarazzjoni magħmula mill-Ministru tat-Trasport tal-Pakistan dwar liċenzji ta’ bdoti miksuba b’mezzi frodulenti fil-Pakistan.

(43)

F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-Istati Membri, organizzat għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ informazzjoni mal-PCAA fid-9 ta’ Lulju u l-25 ta’ Settembru 2020, fil-15 u s-16 ta’ Marzu 2021, fil-15 ta’ Ottubru 2021 u fis-16 ta’ Marzu 2022. Dawk id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-isforzi mwettqa mill-PCAA fl-indirizzar tat-tħassib dwar is-sorveljanza tas-sikurezza li kien ġie identifikat qabel mill-Kummissjoni u mill-esperti tal-Aġenzija, kif ukoll dak identifikat mill-ICAO matul iż-żjara tagħha fl-ambitu tal-USOAP li saret bejn id-29 ta’ Novembru u l-10 ta’ Diċembru 2021.

(44)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, fil-25 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u r-rappreżentanti tal-PCAA kellhom laqgħa teknika. Matul dik il-laqgħa, il-PCAA infurmat lill-parteċipanti dwar l-azzjonijiet u l-miżuri li kienu diġà implimentati, kif ukoll dwar dawk ippjanati, biex jiġi indirizzat it-tħassib identifikat dwar is-sorveljanza tas-sikurezza.

(45)

L-informazzjoni u d-data ppreżentati matul il-laqgħa jindikaw l-impenn u l-isforzi tal-PCAA biex issolvi s-sitwazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Pakistan, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni ta’ Ordinanza emendata tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili sa tmiem l-2022, kif ukoll il-leġiżlazzjoni sekondarja assoċjata ppjanata għall-ewwel kwart tal-2023. B’mod ġenerali, il-pjanijiet proposti, kif ippreżentati matul il-laqgħa, jidhru li huma adegwati għall-użu tagħhom biex jikkonformaw mal-istandards tas-sikurezza rilevanti u jimplimentawhom b’mod effettiv. Madankollu, dan jista’ jiġi vvalutat biss wara li jiġu adottati r-regolamenti rilevanti.

(46)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni, filwaqt li tirrikonoxxi l-azzjonijiet meħuda s’issa, se tkompli bil-monitoraġġ tagħha ta-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-Pakistan biex tiddetermina jekk hijiex meħtieġa azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha ħsieb li twettaq, flimkien mal-Aġenzija u l-Istati Membri, żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fil-Pakistan fl-2023.

(47)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan.

(48)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(49)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, tista’ tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

(50)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(51)

Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għaldaqstant, huwa essenzjali li, sabiex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa, kwalunkwe deċiżjoni fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tiġi ppubblikata u tidħol fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħha.

(52)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE stabbilit skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 tat-2 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 172, 3.6.2020, p. 7).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 tat-8 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni (ĠU L 334, 9.12.2016, p. 6).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1264/2013 tat-3 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 326, 6.12.2013, p. 7).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/830 tal-15 ta’ Mejju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 124, 17.5.2017, p. 3).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 tal-5 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 66, 6.3.2007, p. 3).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12).


ANNESS I

“ANNESS A

LISTA TA’ TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew Numru tal-Liċenzja Operattiva

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

L-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

AIR ZIMBABWE (PVT)

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

L-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

L-Afganistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inkluż

 

 

L-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

L-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

L-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħruf

L-Angola

HELIANG

007/11-08/18 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

L-Angola

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Armenja

AIRCOMPANY ARMENIA

AM AOC 065

NGT

L-Armenja

ARMENIA AIRWAYS

AM AOC 063

AMW

L-Armenja

ARMENIAN HELICOPTERS

AM AOC 067

KAV

L-Armenja

FLY ARNA

AM AOC 075

ACY

L-Armenja

FLYONE ARMENIA

AM AOC 074

FIE

L-Armenja

NOVAIR

AM AOC 071

NAI

L-Armenja

SHIRAK AVIA

AM AOC 072

SHS

L-Armenja

SKYBALL

AM AOC 073

Mhux applikabbli

L-Armenja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kongo (Brazzaville)

CANADIAN AIRWAYS CONGO

CG-CTA 006

TWC

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAFLIGHT SERVICES

CG-CTA 002

EKA

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Il-Kongo (Brazzaville)

TRANS AIR CONGO

CG-CTA 001

TSG

Il-Kongo (Brazzaville)

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

CG-CTA 004

Mhux magħruf

Il-Kongo (Brazzaville)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR FAST CONGO

AAC/DG/OPS-09/03

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KATANGA

AAC/DG/OPS-09/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BUSY BEE CONGO

AAC/DG/OPS-09/04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

AAC/DG/OPS-09/02

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

CONGO AIRWAYS

AAC/DG/OPS-09/01

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KIN AVIA

AAC/DG/OPS-09/10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MALU AVIATION

AAC/DG/OPS-09/05

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVE AIR CARGO

AAC/DG/OPS-09/07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SWALA AVIATION

AAC/DG/OPS-09/06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MWANT JET

AAC/DG/OPS-09/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(RDK)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kirgistan

AEROSTAN

08

BSC

Il-Kirgistan

AIR COMPANY AIR KG

50

KGC

Il-Kirgistan

AIR MANAS

17

MBB

Il-Kirgistan

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Il-Kirgistan

FLYSKY AIRLINES

53

FSQ

Il-Kirgistan

HELI SKY

47

HAC

Il-Kirgistan

KAP.KG AIRCOMPANY

52

KGS

Il-Kirgistan

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Il-Kirgistan

TEZ JET

46

TEZ

Il-Kirgistan

VALOR AIR

07

VAC

Il-Kirgistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

AL MAHA AVIATION

030/18

Mhux magħruf

Il-Libja

BERNIQ AIRWAYS

032/21

BNL

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GLOBAL AIR TRANSPORT

008/05

GAK

Il-Libja

HALA AIRLINES

033/21

HTP

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

LIBYAN WINGS AIRLINES

029/15

LWA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

In-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

ALTITUDE AIR

085/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

In-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

SUMMIT AIR

064/2010

Mhux magħruf

In-Nepal

HELI EVEREST

086/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

In-Nepal

KAILASH HELICOPTER SERVICES

087/2018

Mhux magħruf

In-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

MANANG AIR PVT

082/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

PRABHU HELICOPTERS

081/2013

Mhux magħruf

In-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

In-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

In-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

In-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

YETI AIRLINES

037/2004

NYT

In-Nepal

It-trasportaturi tal-ajru kollha li ġejjin iċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Russja

 

 

Ir-Russja

AURORA AIRLINES

486

SHU

Ir-Russja

AVIACOMPANY "AVIASTAR-TU" CO. LTD

458

TUP

Ir-Russja

IZHAVIA

479

IZA

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "AIR COMPANY "YAKUTIA"

464

SYL

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "RUSJET"

498

RSJ

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "UVT AERO"

567

UVT

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SIBERIA AIRLINES

31

SBI

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SMARTAVIA AIRLINES

466

AUL

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY "IRAERO" AIRLINES

480

IAE

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY "URAL AIRLINES"

18

SVR

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY ALROSA AIR COMPANY

230

DRU

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY NORDSTAR AIRLINES

452

TYA

Ir-Russja

JS AVIATION COMPANY "RUSLINE"

225

RLU

Ir-Russja

JSC YAMAL AIRLINES

142

LLM

Ir-Russja

LLC "NORD WIND"

516

NWS

Ir-Russja

LLC “AIRCOMPANY IKAR”

36

KAR

Ir-Russja

LTD. I FLY

533

RSY

Ir-Russja

POBEDA AIRLINES LIMITED LIABILITY COMPANY

562

PBD

Ir-Russja

PUBLIC JOINT STOCK COMPANY "AEROFLOT - RUSSIAN AIRLINES"

1

AFL

Ir-Russja

ROSSIYA AIRLINES, JOINT STOCK COMPANY

2

SDM

Ir-Russja

SKOL AIRLINE LLC

228

CDV

Ir-Russja

UTAIR AVIATION, JOINT-STOCK COMPANY

6

UTA

Ir-Russja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Sierra Leone

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Is-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Is-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Is-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Is-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Is-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

GNF

Is-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Is-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Is-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Is-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Is-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Is-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Is-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Is-Sudan


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

Tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Stat tar-reġistrazzjoni

IRAN AIR

FS100

IRA

L-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC

L-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Il-Korea ta’ Fuq

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633.

Il-Korea ta’ Fuq


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.”


Top