This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R2369
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2369 of 18 December 2017 amending Implementing Regulation (EU) No 743/2013 introducing protective measures on imports of bivalve molluscs from Turkey intended for human consumption, as regards its period of application (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2369 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013 li jintroduċi miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, rigward il-perjodu tal-applikazzjoni tiegħu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2369 tat-18 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013 li jintroduċi miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, rigward il-perjodu tal-applikazzjoni tiegħu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/8562
ĠU L 337, 19.12.2017, pp. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021
|
19.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 337/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2369
tat-18 ta' Diċembru 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013 li jintroduċi miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, rigward il-perjodu tal-applikazzjoni tiegħu
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2013 (2), ġie adottat minħabba li s-servizz tal-awditjar tal-Kummissjoni identifika nuqqasijiet fit-Turkija fl-implimentazzjoni tal-kontrolli uffiċjali tal-produzzjoni tal-molluski bivalvi intenzjonati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kif ukoll minħabba li l-Istati Membri rrappurtaw kunsinni mhux konformi ta' molluski bivalvi li oriġinaw mit-Turkija u li ma kinux qed jissodisfaw l-istandards mikrobijoloġiċi tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-aħħar awditu tas-servizz tal-awditjar tal-Kummissjoni, li sar f'Settembru 2015, sab li kien għad hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema ta' kontroll għall-molluski bivalvi intenzjonati għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti Torok ippreżentaw l-informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi li nbdew biex jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet. Madankollu, uħud minn dawk in-nuqqasijiet, partikolarment fil-prestazzjoni tal-laboratorji, għadhom jeżistu. |
|
(3) |
Minħabba n-natura tal-prodotti involuti, jenħtieġ għalhekk li l-applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013 tiġi estiża sakemm ikunu nkisbu biżżejjed garanziji, sakemm it-testijiet imwettqa mill-Istati Membri juru l-konformità tal-kunsinni u sakemm awditu ta' segwitu jikkonferma li t-tneħħija tal-miżuri hija possibbli. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013, id-data “31 ta' Diċembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2021”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2013 tal-31 ta' Lulju 2013 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 205, 1.8.2013, p. 1).