This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2145
Council Regulation (EU) 2016/2145 of 1 December 2016 amending Regulation (EU) No 1370/2013 determining measures on fixing certain aids and refunds related to the common organisation of the markets in agricultural products
Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2145 tal-1 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli
Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2145 tal-1 ta' Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli
ĠU L 333, 8.12.2016, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/2145
tal-1 ta' Diċembru 2016
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Bis-sentenza tagħha tas-7 ta' Settembru 2016 fil-Kawża C-113/14 (1), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”) annullat l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li jiddetermina l-limiti ta' referenza għal ċerti prodotti agrikoli għar-raġuni li dawk il-limiti kien imisshom ġew adottati mill-Kunsill biss, fuq proposta tal-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”). |
(2) |
Il-Qorti annullat ukoll l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 (3) li jiddetermina l-livell tal-prezzijiet ta' intervent pubbliku għar-raġuni li dak l-Artikolu huwa marbut b'mod inseparabbli mal-Artikolu 7 l-annullat tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
(3) |
Il-Qorti ddikjarat li l-effetti legali tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 kellhom jinżammu għal perjodu massimu ta' ħames xhur mid-data tad-deċiżjoni. |
(4) |
Għaldaqstant jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 jiġi emendat qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames xhur billi jiddaħħlu u jiġu emendati rispettivament id-dispożizzjonijiet dwar il-limiti ta' referenza u l-livelli tal-prezzijiet ta' intervent li ġew annullati mill-Qorti u billi jsiru xi aġġustamenti minħabba konsegwenzjali. |
(5) |
Fid-dawl tal-limitu taż-żmien stabbilit mill-Qorti fis-sentenza tagħha, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1a Limiti ta' referenza 1. Il-limiti ta' referenza li ġejjin huma ffissati:
2. Il-limiti ta' referenza previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu analizzati mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqiesu l-kriterji oġġettivi, b'mod partikolari l-iżviluppi fil-produzzjoni, l-ispejjeż tal-produzzjoni (partikolarment l-inputs), u x-xejriet tas-suq. Meta jeħtieġ, il-limiti ta' referenza għandhom jiġu aġġornati skont il-proċedura leġislattiva ordinarja stabbilita fl-Artikolu 43(3) tat-TFUE fid-dawl tal-iżviluppi fil-produzzjoni u fis-swieq. 3. Ir-referenzi għal-limiti ta' referenza fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”. |
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 2 Il-prezzijiet ta' intervent pubbliku 1. Il-livell tal-prezz ta' intervent pubbliku:
2. Il-prezzijiet ta' intervent pubbliku tal-qamħ komuni, tal-qamħ durum, tax-xgħir, tal-qamħirrum u tar-ross fil-fosdqa msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu aġġustati b'żidiet jew bi tnaqqis fil-prezz għal dawk il-prezzijiet ibbażati fuq il-kriterji ta' kwalità prinċipali għall-prodotti. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw iż-żidiet jew it-tnaqqis fil-prezzijiet ta' intervent pubbliku tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu skont il-kondizzjonijiet stipulati fih. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).”. |
(3) |
Fl-Artikolu 8, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ÉRSEK
(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Settembru 2016, Il-Ġermanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-113/14, ECLI:EU:C:2016:635.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12).