This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0328
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/328 of 2 March 2015 amending Implementing Regulation (EU) No 322/2014 as regards the entry document to be used for feed and food of animal origin Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/328 tat- 2 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 fejn jirrigwarda d-dokument tad-dħul li għandu jintuża għall-ikel u l-għalf ta' oriġini mill-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/328 tat- 2 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 fejn jirrigwarda d-dokument tad-dħul li għandu jintuża għall-ikel u l-għalf ta' oriġini mill-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 58, 3.3.2015, pp. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 08/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0006
|
3.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/50 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/328
tat-2 ta' Marzu 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 fejn jirrigwarda d-dokument tad-dħul li għandu jintuża għall-ikel u l-għalf ta' oriġini mill-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 (2) jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta' għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima, biex iħares is-saħħa pubblika u dik tal-annimali fl-Unjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 jistipula li biex jagħmlu notifika minn qabel, il-kummerċjanti tal-għalf u tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom iridu jimlew il-Parti I tad-Dokument Komuni tad-Dħul (DKD), imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) u jibagħtu dan id-dokument lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul jew fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera. Id-DKD imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 669/2009 japplika biss għall-għalf u għall-ikel li mhumiex ta' oriġini mill-annimali, u mhux għall-għalf u l-ikel li jkunu ta' oriġini mill-annimali, dan jinkludi l-prodotti tas-sajd. |
|
(3) |
Għan-notifika minn qabel ta' ikel u għalf ta' oriġini mill-annimali, fost dawn il-prodotti tas-sajd, li huma fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE (4), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (5) jistipula li għandu jintuża d-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (DVKD) stabbilit fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Għaldaqstant ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta ' Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. Il-kummerċjanti tal-ikel u tal-għalf jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel il-wasla ta' kull konsenja ta' prodotti, bl-eċċezzjoni tat-te li joriġina minn prefetturi oħrajn barra Fukushima. 2. Biex jagħmlu dan, huma għandhom jimlew:
Id-dokument rispettiv għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul magħżul jew fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera, mill-inqas jumejn tax-xogħol qabel il-wasla fiżika tal-konsenja (*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11)” " . |
|
(2) |
L-Artikolu 12 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 12 Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' kull konsenja ta' prodotti, minbarra dawk il-prodotti li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 97/78/KE, li diġà huma rregolati bir-Regolament (KE) Nru 136/2004, għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni (fiżikament jew elettronikament) lill-awtoritajiet tad-dwana, mill-kummerċjant tal-għalf jew tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu, ta' DKD mimli mill-awtorità kompetenti ladarba jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tkun turi li taqbel ma' dan fil-kaxxa II.14 u tiffirma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 tat-28 ta' Marzu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta' Fukushima (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 136/2004 tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).