EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0317

2013/317/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ġunju 2013 li tħassar id-Deċiżjoni 2009/591/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Latvja

ĠU L 173, 26.6.2013, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/317/oj

26.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ġunju 2013

li tħassar id-Deċiżjoni 2009/591/KE dwar l-eżistenza ta’ żbilanċ eċċessiv fil-Latvja

(2013/317/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fis-7 ta' Lulju 2009, wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), il-Kunsill iddeċieda, fid-Deċiżjoni 2009/591/KE (1), li fil-Latvja kien jeżisti defiċit eċċessiv. Il-Kunsill innota li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika kien laħaq l-4,0 % tal-PDG fl-2008, li kien ogħla mit-3 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika kien ta’ 19,5 % tal-PDG fl-2008, li huwa ferm taħt is-60 % tal-valur ta' referenza tal-PDG skont it-Trattat (2).

(2)

Fis-7 ta' Lulju 2009, skont l-Artikolu 104(7) TKE u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (3), il-Kunsill, fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għamel Rakkomandazzjoni indirizzata lil-Latvja bl-għan li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sal-2012. Ir-Rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata.

(3)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw data dwar id-defiċits u d-dejn tal-gvern u varjabbli oħra assoċjati darbtejn fis-sena, prinċipalment qabel l-1 ta' April u qabel l-1 ta' Ottubru, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (4).

(4)

Meta jikkunsidra jekk deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandhiex tiġi abrogata, il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi tad-data notifikata. Barra minn hekk, deċiżjoni dwar l-eżistenza ta' defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata biss jekk it-tbassir tas-servizzi tal-Kummissjoni jindikaw li d-defiċit mhux se jaqbeż il-limitu ta' 3 % tal-PDG tul il-perijodu ta' tbassir.

(5)

Fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-Kummissjoni (Eurostat), skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 479/2009, wara n-notifka mil-Latvja qabel l-1 ta’ April 2013 u fuq il-bażi tat-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet li ġejjin huma ġġustifikati:

Wara defiċitis għoljin tal-amministrazzjoni pubblika fl-2009 u l-2010 (rispettivament għal 9,8 % u 8,1 % tal-PDG), li parzjalment irriflettew miżuri biex jistabbilizzaw is-settur finanzjarju, id-defiċit beda tnaqqis rapidu fl-2011, meta laħaq 3,6 % tal-PDG. Dan it-titjib irrifletta konsolidazzjoni fiskali mdaqqsa u mifruxa implimentata fuq il-perijodu 2009-2011 fil-kuntest tal-programm ta' aġġustament ekonomiku appoġġat mill-għajnuna għall-ħlas tal-bilanċi, kif ukoll titjib fil-kundizzjonijiet ċikliċi; il-programm ta' aġġustament ġie kkompletat b'suċċess f'Jannar 2012. Fl-2012, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika naqas iktar għal 1,2 % tal-PDG, biex b'hekk laħaq sewwa l-għan ta' defiċit ta' 2,1 % tal-PDG stabbilit fil-Programm ta' Konverġenza mill-2012 sal-2016 u 'l isfel sewwa mill-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PDG skont it-Trattat. Fuq in-naħa tad-dħul dan irrifletta kundizzjonijiet ċikliċi favorevoli u t-titjib tal-effiċjenza tat-taxxa, filwaqt li t-tkabbir tan-nefqa baqa’ sostanzjalment taħt it-tkabbir nominali tal-PDG. Bħala riżultat, fl-2012, is-sehem tad-dħul tal-gvern fil-PDG żdied bi ¼ punt perċentwali, filwaqt li s-sehem tan-nefqa tal-gvern naqas b’2 punti perċentwali.

Il-Programm ta’ Konverġenza mill-2013 sal-2016 jipprevedi li d-defiċit kumplessiv se jkun 1,1 % tal-PDG fl-2013, ikompli jistabbilizza minn hemm ’il quddiem fil-livell ta’ 0,9 % tal-PDG sal-2016. It-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni jipprevedi li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika se jibqa’ ma jinbidilx fl-2013 għal 1,2 % tal-PDG u se jonqos għal 0,9 % tal-PDG fl-2014, u b’hekk baqa’ ferm taħt il-valur ta’ referenza ta’ 3 % tal-PDG.

Id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika baqa' 40,7 % tal-PDG fl-2012. It-tbassir tar-rebbiegħa 2013 tas-servizzi tal-Kummissjoni jipprevedi li d-dejn gross tal-amministrazzjoni pubblika jiżdied għal 43,2 % tal-PDG fl-2013, hekk kif il-Gvern jakkumula assi għal ħlasijiet lura tad-dejn kbir skedati għall-perijodu bejn l-2014 u l-2015. Hekk kif dawn il-ħlasijiet lura jieħdu effett, id-dejn huwa mistenni li jonqos għal darb’oħra għal madwar 40 % tal-PDG fl-2014.

(6)

Il-Kunsill tfakkar li, mill-2013, li hija s-sena ta' wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv, il-Latvja għandha tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-fergħa tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, inkluż ir-rispett tal-limitu tan-nefqa.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 126(12) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tkun abrogata meta d-defiċit eċċessiv tal-Istat Membru kkonċernat, fil-fehma tal-Kunsill, ikun ġie kkoreġut.

(8)

Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Latvja ġie kkoreġut u għalhekk id-Deċiżjoni 2009/591/KE għandha tiġi abrogata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Minn valutazzjoni globali jirriżulta li s-sitwazzjoni ta' defiċit eċċessiv fil-Latvja ġiet ikkoreġuta.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2009/591/KE hija b’dan abrogata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 202, 4.8.2009, p. 50.

(2)  Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2009/591/KE, id-defiċit u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika għall-2008 ġew riveduti u attwalment qegħdin 4,2 % tal-PDG u 19,8 % tal-PDG rispettivament.

(3)  ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

(4)  ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1.


Top